25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2022 – Fabryki Mebli “Forte” vs EUIPO – Bog-Fran (għamara)

(Kawża T-1/21) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għamara - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Żvelar tad-disinn preċedenti - Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 6/2002 - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Awtorità ta’ res judicata”)

(2022/C 171/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fabryki Mebli “Forte” S.A. (Ostrów Mazowiecka, il-Polonja) (rappreżentant: H. Basiński, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bog-Fran sp. z o.o. sp.k. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Mikosza u E. Guissart, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2020 (Każ R 595/2020-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bog-Fran u Fabryki Mebli “Forte”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fabryki Mebli “Forte” S.A. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Bog-Fran sp. z o. o. sp.k.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.