Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Mejju 2022 – Estaleiros Navais de Peniche

(Kawża C-787/21)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 1(3) – Interess ġuridiku – Aċċess għal proċeduri ta’ reviżjoni – Offerent eskluż b’deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li saret finali, minħabba li ma kkontestax ir-raġunijiet kollha għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu – Assenza ta’ interess ġuridiku”

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet – Direttiva 89/665 – Obbligu għall-Istati Membri li jipprevedu proċedura ta’ appell – Aċċess għall-proċeduri ta’ appell – Assenza ta’ possibbiltà għal offerent eskluż minn deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li saret definittiva li jippreżenta rikors intiż li jsostni l-illegalità tad-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt – Assenza ta’ interess ġuridiku – Ammissibbiltà

(Direttiva tal-Kunsill 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, Artikolu 1(3))

(ara l-punti 21 sa 27, 30 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi lil offerent li jkun ġie eskluż minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku permezz ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li saret finali milli jkun jista’ jikkontesta d-deċiżjoni tal-għoti ta’ dan is-suq. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li l-offerent telliefa jsostni li jista’ possibbilment jingħata l-kuntratt fil-każ li, wara l-annullament ta’ din id-deċiżjoni, l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li tniedi proċedura ġdida ta’ attribuzzjoni.