Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal‑14 ta’ Novembru 2022 –
Gencoal

(Kawża C‑669/21) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest fattwali u regolamentari tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari – Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta”

Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)

(ara l-punti 17‑23 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto – Juízo Central Cível da Póvoa de Varzim (il-Qorti Distrettwali ta’ Porto, il-Ħames Awla Ċentrali Civili ta’ Póvoa de Varzim, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal 21 ta’ Ottubru 2021, hija manifestament inammissibbli.


( 1 ) ĠU C 64, 7.2.2022.