Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tat‑30 ta’ Novembru 2021 – Health Product Group vs EUIPO

(Kawża C‑483/21 P)

“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ammissjoni tal-appelli – Artikolu 170b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba li ma turix l-importanza ta’ kwistjoni għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni tal-appell”

1. 

Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni importanti għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Oneru tal-prova

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)

(ara l-punt 17)

2. 

Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Talba għall-ammissjoni ta’ appell – Rekwiżiti formali – Portata

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)

(ara l-punti 18 sa 20)

3. 

Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni importanti għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Talba għal ammissjoni li ma turix l-importanza tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)

(ara l-punti 21, 23, 24)

4. 

Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni importanti għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Kuntrarjetà mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali – Talba għal ammissjoni li ma turix l-importanza tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b)

(ara l-punt 22)

Dispożittiv

1) 

L-appell ma huwiex ammess.

2) 

Health Product Group sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.