Kawżi magħquda C‑341/21 P u C‑357/21 P

Il-Kummissjoni Ewropea
vs
KM

u

Il-Parlament Ewropew,
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
u
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
vs
KM,
Il-Kummissjoni Ewropea
u
Il-Parlament Ewropew

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022

“Appell – Artikolu 182 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Servizz pubbliku – Pensjoni – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 20 tal-Anness VIII – Għoti ta’ pensjoni tas-superstiti – Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal intitolat għal pensjoni tal-irtirar – Żwieġ iċċelebrat wara t-tmiem tas-servizz ta’ dan l-uffiċjal – Kundizzjoni ta’ tul minimu ta’ ħames snin taż-żwieġ fid-data tal-mewt tal-uffiċjal – Artikolu 18 tal-Anness VIII – Żwieġ iċċelebrat qabel it-tmiem tas-servizz tal-uffiċjal – Kundizzjoni ta’ tul minimu taż-żwieġ ta’ sena biss – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 20 – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 21(1) – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Artikolu 52(1) – Assenza ta’ distinzjoni arbitrarja jew manifestament inadegwata fid-dawl tal-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea”

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Differenza fit-trattament oġġettivament iġġustifikata – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Applikazzjoni għal att leġiżlattiv tal-Unjoni

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 20; Regolamenti tal-Persunal, Anness VIII, Artikoli 18 u 20)

    (ara l-punti 38 sa 40, 73 sa 75, 90)

  2. Uffiċjali – Pensjonijiet – Pensjoni tas-superstiti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Applikazzjoni ddifferenzjata skont id-data taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ, li seħħet qabel jew wara t-tmiem tal-attività tal-uffiċjal mejjet – Natura komparabbli taż-żewġ sitwazzjonijiet fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tal-pensjonijiet tas-superstiti kif ukoll tal-kundizzjoni komuni tar-rabta legali bejn il-konjuġi

    (Regolamenti tal-Persunal, Anness VIII, Artikoli 18 sa 20 u 27)

    (ara l-punti 41 sa 43, 45 sa 51)

  3. Uffiċjali – Pensjonijiet – Pensjoni tas-superstiti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Tul minimu taż-żwieġ – Differenza fit-trattament tal-konjuġi superstiti skont id-data taż-żwieġ, li seħħ qabel jew wara t-tmiem tal-attività tal-uffiċjal mejjet – Setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Eżami mill-qorti tal-Unjoni tan-natura xierqa u neċessarja tad-differenzjazzjoni – Inammissibbiltà

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 20 u 52(1); Regolamenti tal-Persunal, Anness VIII, Artikoli 18 u 20)

    (ara l-punti 61 sa 65, 91)

  4. Uffiċjali – Pensjonijiet – Pensjoni tas-superstiti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Tul minimu taż-żwieġ – Differenza fit-trattament tal-konjuġi superstiti skont id-data taż-żwieġ, li seħħ qabel jew wara t-tmiem tal-attività tal-uffiċjal mejjet – Limitazzjoni tad-dritt għal ugwaljanza fit-trattament u diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq l-età – Ġustifikazzjoni – Ġlieda kontra l-frodi – Ammissibbiltà – Stħarriġ tal-proporzjonalità

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 20, 21(1) u 52(1); Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d u Anness VIII, Artikoli 18 u 20)

    (ara l-punti 93 sa 106)

Ara t-test tad-deċiżjoni.