19.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Diċembru 2021 – Banca A vs A.N.A.F., Preşedintele A.N.A.F.
(Kawża C-827/21)
(2022/C 165/33)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Banca A
Konvenuti: A.N.A.F., Preşedintele A.N.A.F.
Domandi preliminari
1) |
Il-qorti nazzjonali hija meħtieġa tinterpreta konformement mad-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (1), regola fiskali nazzjonali applikabbli għal sitwazzjonijiet interni li tirregola n-nuqqas ta’ tassazzjoni tad-dħul mill-kanċellazzjoni ta’ sehem tal-kumpannija benefiċjarja fil-kapital tal-kumpannija li tittrasferixxi, f’ċirkustanzi bħal dawk f’din il-kawża, meta:
|
2) |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/133 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċċju tan-nuqqas ta’ tassazzjoni tad-dħul li jirriżulta mill-kanċellazzjoni ta’ sehem ta’ kumpannija f’kumpannija oħra, insegwitu għat-trasferiment ta’ assi u ta’ passiv ta’ din l-aħħar kumpannija lejn l-ewwel waħda, ma jistax jiġi rrifjutat minħabba li t-tranżazzjoni inkwistjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mil-liġi nazzjonali għall-klassifikazzjoni tagħha bħala amalgamazzjoni? |
3) |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/133 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċċju tan-nuqqas ta’ tassazzjoni japplika għall-profitt li jirriżulta minn akkwist b’kundizzjonijiet favorevoli, rifless fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-kumpannija li tixtri? |