14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 119/25 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2021 – Ir-Repubblika tal-Latvja vs Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-822/21)
(2022/C 119/33)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Pommere, J. Davidoviča u I. Romanovska)
Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja
Talbiet
Ir-Repubblika tal-Latvja titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara li r-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt:
|
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li r-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE u taħt l-Artikolu 4(3) TUE:
— |
timponi fuq ir-Renju tal-Isvezja l-obbligu li jirrimedja l-ksur billi jittrasferixxi għall-FGD tal-Latvja l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-fergħa Latvjana ta’ Nordea Bank AB ikkalkolati għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2019/49/UE; |
— |
fil-każ li l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE jista’ jiġi interpretat b’mod strett, tiddikjara l-kompatibbiltà tiegħu mal-għan tad-Direttiva 2014/49/UE u l-obbligu tal-FDG tal-Isvezja li jittrasferixxi għall-FGD tal-Latvja l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-fergħa Latvjana ta’ Nordea Bank AB; |
— |
tikkundanna lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi bbażati fuq il-ksur tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE u tat-Trattat UE (prinċipju ta’ kooperazzjoni leali).
1. |
Billi rrifjuta li jittrasferixxi għall-FGD tal-Latvja l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-fergħa Latvjana ta’ Nordea Bank AB ikkalkolati għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE, ir-Renju tal-Isvezja aġixxa b’mod kuntrarju għall-għanijiet tad-Direttiva 2014/49/UE. |
2. |
Billi rrifjuta li jittrasferixxi għall-FGD tal-Latvja l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-fergħa Latvjana ta’ Nordea Bank AG ikkalkolati għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2014/49/UE, ir-Renju tal-Isvezja jaffettwa b’mod negattiv l-integrazzjoni tas-suq uniku u jippreġudika għalhekk il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, li hija prerekwiżit għall-integrazzjoni transkonfinali. B’dan il-mod, ir-Renju tal-Isvezja jikser l-Artikolu 4(3) TUE. |
3. |
Ir-Repubblika tal-Latvja tallega li, billi rrifjuta li jittrasferixxi l-kontribuzzjonijiet imħallsa u billi jibbaża formalment ir-rifjut tiegħu fuq id-data li fiha fil-fatt tħallsu l-kontribuzzjonijiet, ir-Renju tal-Isvezja kiser id-Direttiva 2014/49/UE, ksur li jimmina l-ilħiq tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea u jċaħħad lil-Latvja mid-dritt li tirċievi l-kontribuzzjonijiet li jikkumpensawha għar-riskju assoċjat mad-depożiti ggarantiti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ttrasferiti taħt ir-responsabbiltà tagħha, bi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE u tal-għanijiet tad-Direttiva 2014/49/UE. |
(1) ĠU 2014, L 173, p. 149, u rettifiki fil-ĠU 2014, L 212, p. 47, u fil-ĠU 2014, L 309, p. 37.