20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/23


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2021 minn St. Hippolyt Holding GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fl-20 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-351/20 – St. Hippolyt vs EUIPO – Raisioaqua

(Kawża C-761/21 P)

(2022/C 237/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: St. Hippolyt Holding GmbH (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Raisioaqua Oy

Permezz ta’ digriet tal-31 ta’ Marzu 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li St. Hippolyt Holding GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.