|
21.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 84/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fil-11 ta’ Novembru 2021 – UAB“HSC Baltic”, UAB“Mitnija” u UAB “Montuotojas” vs Vilniaus miesto savivaldybės administracija
(Kawża C-682/21)
(2022/C 84/33)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UAB “HSC Baltic”,
UAB “Mitnija”,
UAB “Montuotojas”
Partijiet oħra fil-proċedura: Vilniaus miesto savivaldybės administracija
Bankrutuojanti UAB “Active Construction Management”
UAB “Vilniaus vystymo kompanija”
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 18(1), l-Artikolu 57(4)(g) u (6) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1) kif ukoll ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (2) (flimkien jew separatament, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet biss) għandhom jiġu interpretati fis-sens li tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat id-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tirreġistra lil operatur ekonomiku fil-lista tal-fornituri mhux affidabbli, u li b’hekk tirrestrinġi matul ċertu żmien il-possibbiltajiet ta’ dan l-operatur li jipparteċipa fi proċeduri ta’ sejħa għal offerti ulterjuri, minħabba nuqqas sostanzjali tal-operatur ekonomiku kkonċernat f’kuntratt konkluż mal-awtorità kontraenti? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija iktar ’il fuq (flimkien jew separatament, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet biss) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni u prattika amministrattiva nazzjonali li abbażi tagħhom, a) meta kuntratt jiġi xolt minħabba nuqqas sostanzjali, l-awtorità kontraenti ma tiħux deċiżjoni formali (distinta) fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi fil-lista tal-fornituri mhux affidabbli; b) l-operatur ekonomiku ma jiġix informat minn qabel bir-reġistrazzjoni futura tiegħu fil-lista tal-fornituri mhux affidabbli u b’hekk ma jistax jipprovdi spjegazzjonijiet rilevanti f’dan ir-rigward, u lanqas ma jista’ effettivament jikkontesta r-reġistrazzjoni tiegħu sussegwentement; c) l-awtorità kontraenti ma twettaq ebda investigazzjoni individwalizzata fuq iċ-ċirkustanzi tal-eżekuzzjoni ħażina tal-kuntratt u l-operatur ekonomiku legalment responsabbli min-nuqqas ikun minħabba dan awtomatikament irreġistrat fil-lista tal-fornituri mhux affidabbli meta l-kuntratt pubbliku jkun ġie legalment xolt minħabba nuqqas sostanzjali? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel żewġ domandi, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija iktar ’il fuq (flimkien jew separatament, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet biss) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-imsieħba ta’ attività komuni (operaturi li kienu kkostitwixxew fornitur komuni) li eżegwixxew il-kuntratt pubbliku li ġie xolt minħabba nuqqas sostanzjali jistgħu jistabbilixxu l-affidabbiltà tagħhom u b’hekk jevitaw ir-reġistrazzjoni tagħhom fil-lista tal-fornituri mhux affidabbli, pereżempju billi jinvokaw l-importanza tal-parti (tal-valur) eżegwita mill-kuntratt, l-insolvenza tas-sieħeb mexxej, l-aġir tas-sieħeb mexxej u l-kontribuzzjoni tal-awtorità kontraenti għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt? |
(1) ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6 Vol. 1, p. 246, rettifika fil-ĠU 2016, L 63, p. 44.