24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Ottubru 2021 – Proċeduri kriminali kontra М. Ya. M.

(Kawża C-651/21)

(2022/C 37/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

М. Ya. M.

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (1), ikkunsidrat flimkien mal-prinċipju ta’ protezzjoni taċ-ċertezza legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn il-werriet ikun għamel, quddiem qorti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu, dikjarazzjoni li tirrigwarda l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni ta’ deċedut li fid-data tal-mewt tiegħu kellu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru ieħor, jipprekludi li tintalab ir-reġistrazzjoni ulterjuri, f’dan l-aħħar Stat Membru, tal-imsemmija dikjarazzjoni ta’ rinunzja jew ta’ aċċettazzjoni?

2.

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li hija possibbli reġistrazzjoni ulterjuri, l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 650/2012, ikkunsidrat flimkien mal-prinċipji ta’ protezzjoni taċ-ċertezza legali u ta’ applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-obbligu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri previst fl-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn werriet ikun irrinunzja, fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu, għas-suċċessjoni ta’ deċedut komuni, jippermetti li werriet ieħor, li jirrisjedi fl-Istat Membru fejn kellu r-residenza abitwali tiegħu d-deċedut fid-data tal-mewt tiegħu, jitlob ir-rikonoxximent ta’ din ir-rinunzja, minkejja l-fatt li d-dritt proċedurali ta’ dan l-aħħar Stat Membru ma jipprevedix il-possibbiltà li rinunzja għas-suċċessjoni tiġi rreġistrata f’isem ħaddieħor?


(1)  ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3, u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.