|
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Areios Pagos (il-Greċja) fit-23 ta’ Settembru 2021 – Charles Taylor Adjusting Limited, FD vs Starlight Shipping Company, Overseas Marine Enterprises INC
(Kawża C-590/21)
(2022/C 37/14)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Areios Pagos.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Charles Taylor Adjusting Limited, FD
Konvenut: Starlight Shipping Company, Overseas Marine Enterprises INC
Domandi preliminari
|
1) |
L-espressjoni manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Unjoni u, b’estensjoni, mal-ordni pubbliku nazzjonali, li tikkostitwixxi raġuni għaċ-ċaħda ta’ rikonoxximent u għad-dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni skont il-punt 1 tal-Artikolu 34 u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), għandha tinftiehem fis-sens li tirrigwarda, minbarra l-anti-suit injunctions, li jipprojbixxu l-ftuħ u t-tkomplija ta’ proċedimenti quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor, ukoll deċiżjonijiet u digrieti mogħtija minn qrati ta’ Stati Membri li: i) jipprekludu u jostakolaw lir-rikorrent fir-rigward tal-għoti ta’ protezzjoni ġudizzjarja min-naħa ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor jew fit-tkomplija ta’ proċedimenti diġà pendenti quddiemha, u ii) liema fatt jikkostitwixxi għalhekk indħil fil-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor biex tieħu konjizzjoni ta’ tilwima speċifika, diġà pendenti quddiemha u li diġà ġiet attribwita lilha u li titqies li hija kompatibbli mal-ordni pubbliku tal-Unjoni? B’mod iktar partikolari, ir-rikonoxximent u/jew id-dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni jew ta’ digriet ta’ qorti ta’ Stat Membru li jagħti kumpens pekunjarju provviżorju u bil-quddiem lill-persuni li jitolbuh, ir-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni għall-infieq u l-ispejjeż li jirriżultaw mit-tressiq tal-azzjoni ġudizzjarja jew mit-tkomplija ta’ proċedimenti quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor, jinsabu f’kuntrast mal-ordni pubbliku tal-Unjoni skont il-punt 1 tal-Artikolu 34 u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għall-fatt li: a) b’riżultat tal-eżami ta’ tali azzjoni, il-kawża tkun koperta bi ftehim ta’ riżoluzzjoni, konkluż b’mod regolari u kkonfermat minn qorti tal-Istat Membru li jagħti d-deċiżjoni (jew) u digriet u, b) il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor adita mill-konvenut b’azzjoni ġdida ma jkollhiex ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisprudenza esklużiva? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, jeżisti fis-sens veru tal-punt 1 tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 44/2001, kif delimitat mill-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, ostakolu għar-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni tan-natura eżekuttiva fil-Greċja tad-deċiżjoni u tad-digrieti msemmija iktar ’il fuq (l-ewwel domanda), mogħtija minn qrati ta’ Stat Membru ieħor (ir-Renju Unit) meta din id-deċiżjoni jew dawn id-digrieti huma manifestament u direttament kuntrarji għall-ordni pubbliku intern konformement mal-prinċipji fundamentali kulturali u legali, adottati fil-pajjiż, u mar-regoli fundamentali tad-dritt Grieg, li jirrigwardaw in-nukleu nnifsu tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja (Artikolu 8 u Artikolu 20 tal-Kostituzzjoni Ellenika, Artikolu 33 tal-Kodiċi Ċivili Grieg u l-prinċipju ta’ preservazzjoni tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja, kif ippreċiżat mill-Artikoli 176 u 173(1) sa (3), 185, 205 u 191 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Grieg, iċċitati fil-punt 6 tal-motivi) kif ukoll mal-Artikolu 6(1) tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ta’ natura li jiġġustifika f’tali każ, li d-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji ma jiġix applikat, u n-nuqqas ta’ rikonoxximent minħabba dan l-ostakolu huwa kompatibbli mal-prinċipji li jassimilaw u jippromwovu l-perspettiva Ewropea? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4,p. 42.