14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/18


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2021 minn FT et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-699/19, FT et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-518/21 P)

(2022/C 119/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: FT, FU, FV, FY, FZ, GA, GB, GC, GD, GG, GE, GF, GH, GI, GJ, GK, GL, GM, GN, GO, GP, GQ, GR, GS, GT, GU (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tas-27 ta’ Jannar 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti jbatu l-ispejjeż tagħhom.