|
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/6 |
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2021 minn DI mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-514/19, DI v BĊE
(Kawża C-513/21 P)
(2022/C 37/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: DI (rappreżentant(i L. Levi, avocate)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
|
— |
konsegwentement tilqa’ t-talbiet tal-appellanti:
|
|
— |
tikkundanna lill-ECB għall-ispejjeż kollha tal-appell u kif ukoll dawk tal-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-miżuri kkontestati.
Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8.3.2 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u tal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8.3.7 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità kif stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta.
Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet is-sitt motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.