|
22.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 471/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-13 ta’ Lulju 2021 – Ocilion IPTV Technologies GmbH vs Seven.One Entertainment Group GmbH u Puls 4 TV GmbH & Co. KG
(Kawża C-426/21)
(2021/C 471/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ocilion IPTV Technologies GmbH
Konvenuti: Seven.One Entertainment Group GmbH, Puls 4 TV GmbH & Co. KG
Domandi preliminari
|
1) |
Dispożizzjoni nazzjonali hija konformi mad-dritt tal-Unjoni jekk tawtorizza, abbażi tal-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (1), l-użu ta’ online video recorder ipprovdut minn operatur kummerċjali, li
|
|
2. |
Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li din titwettaq ukoll minn operatur kummerċjali li joffri soluzzjoni IPTV kompleta (on-premises), li fil-kuntest tagħha, flimkien ma’ software u hardware għar-riċezzjoni ta’ programmi televiżivi permezz tal-internet jipprovdi wkoll sostenn tekniku u jagħmel aġġustamenti kontinwi lis-servizz, iżda s-servizz jiġi operat kompletament bl-infrastruttura tal-konsumatur, jekk is-servizz mhux biss jagħti lill-utent aċċess għal kontenut tax-xandir li l-użu online tiegħu ġie awtorizzat mid-detenturi tad-drittijiet rispettivi, iżda wkoll għal kontenut protett li fir-rigward tiegħu ma hemmx awtorizzazzjoni korrispondenti, u l-operatur
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1, p. 230.