24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/5


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2021 minn Keun Jig Lee mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-21 ta’ April 2021 fil-Kawża T-382/20 – Lee v EUIPO

(Kawża C-381/21 P)

(2022/C 37/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Keun Jig Lee (rappreżentanti: F. Jacobacci, avvocato, B. La Tella, avvocatessa)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Novembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma jiġix ammess u li Keun Jig Lee għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.