27.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 391/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fis-7 ta’ Ġunju 2021 – J.K. vs TP S.A.
(Kawża C-356/21)
(2021/C 391/08)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: J.K.
Konvenut: TP S.A.
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(1)(a) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), għandu jinftiehem fis-sens li jippermetti l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, u konsegwentement ukoll l-esklużjoni mill-applikazzjoni tas-sanzjonijiet introdotti fid-dritt nazzjonali fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78, tal-libertà ta’ għażla tal-parti kontraenti, sa fejn din ma tkunx ibbażata fuq sess, razza, etniċità jew nazzjonalità, f’sitwazzjoni fejn diskriminazzjoni timmanifesta ruħha permezz ta’ rifjut li jiġi konkluż kuntratt taħt id-dritt ċivili li fuq il-bażi tiegħu jiġi pprovdut xogħol minn persuna fiżika li twettaq attività ekonomika bħala persuna li taħdem għal rasha, fejn il-premessa għal dan ir-rifjut tkun l-orjentazzjoni sesswali tal-parti kontraenti potenzjali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.