5.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Ilfov (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Marzu 2021 – SR vs EW
(Kawża C-196/21)
(2021/C 263/08)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Ilfov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SR
Konvenut: EW
Partijiet oħra fil-proċedura: FB, CX, IK
Domanda preliminari
Fil-każ li qorti tiddeċiedi u tordna t-taħrika tal-intervenjenti fi proċedura ċivili, “l-applikant” fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (1), huwa l-qorti tal-Istat Membru li tiddeċiedi li tħarrek lill-intervenjenti jew il-parti fil-kawża fil-proċeduri pendenti quddiem l-imsemmija qorti?
(1) ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91.