28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 7 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2021 – AD et vs PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV u DAF Trucks Deutschland GmbH

(Kawża C-163/21)

(2021/C 252/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Mercantil no 7 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AD et

Konvenuti: PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV u DAF Trucks Deutschland GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-produzzjoni ta’ provi rilevanti tagħmel riferiment biss għad-dokumenti diġà eżistenti fil-pussess ta’ konvenut jew ta’ terz li jeżistu diġà jew jekk, għall-kuntrarju, l-Artikolu 5(1) jinkludi wkoll il-possibbiltà ta’ produzzjoni ta’ dokumenti li l-parti li lilha hija indirizzata t-talba għal informazzjoni jkollha toħloq ex novo, billi tgħaqqad jew tikklassifika informazzjoni, għarfien jew data li huma fil-pussess tagħha?


(1)  ĠU 2014, L 349, p. 1.