27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs ED

(Kawża C-140/21)

(2021/C 391/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

Konvenut: ED

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tat-trasportatur tal-ajru stess imsejjaħ minn sindakat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2021.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.