|
10.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Frar 2021 – Wacker Chemie AG vs Bundesrepublik Deutschland irrappreżentat mill-Umweltbundesamt
(Kawża C-76/21)
(2021/C 182/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Wacker Chemie AG
Konvenut: Bundesrepublik Deutschland irrappreżentat mill-Umweltbundesamt
Domandi preliminari
|
1) |
Id-definizzjoni ta’ bidla tal-kapaċità mogħtija fil-Linji Gwida ETS tal-Kummissjoni Ewropea (1), li tipprovdi li, investiment f’kapital fiżiku (jew serje ta’ investimenti li jżidu l-kapital fiżiku) li jippermetti li l-installazzjoni titħaddem f’kapaċità ogħla ta’ mill-inqas 10 % mill-kapaċità installata inizjali qabel il-modifika, għandha tkun interpretata fis-sens
|
|
2) |
Fil-każ li hija t-tieni parti tal-ewwel domanda li tapplika: il-punt (i) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/278 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex il-portata tal-estensjoni tal-kapaċità massima teknikament u legalment possibbli li hija rilevanti, iżda biss il-kunsiderazzjoni tal-medja tal-valuri osservati skont il-punt (l) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/278, irrispettivament minn jekk u sa liema punt dawn ikunu r-riżultat tal-bidliet fiżiċi magħmula jew ta’ żieda fir-rata tal-użu? |
|
3) |
Il-kunċett tal-kapaċità installata inizjali fl-Anness I tal-Linji Gwida ETS għandu jiġi interpretat skont l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2011/278? |
|
4) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għal skema ta’ għajnuna mill-Istat innotifikata għandha tkun interpretata fis-sens
|
|
5) |
Fil-każ li hija l-ewwel parti tal-ewwel domanda li tapplika: deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għal skema ta’ għajnuna mill-Istat innotifikata għandha effett vinkolanti għall-qorti nazzjonali fir-rigward tal-konformità mal-linji gwida rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat? |
|
6) |
Il-fatt li l-Kumissjoni Ewropea tirreferi għal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-istat f’deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għal skema ta’ għajnuna mill-istat innotifikata u li tevalwa l-konformità tal-għajnuna mill-Istat innotifikata abbażi ta’ dawn il-linji gwida, tagħmel dawn il-linji gwida vinkolanti fuq l-Istat Membru fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna awtorizzata? |
|
7) |
L-Artikolu 10a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (3), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410, li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri finanzjarji sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż indiretti ta’ emissjonijiet CO2, huwa rilevanti għall-interpretazzjoni tal-punt 5 tal-Linji Gwida ETS, li jipprovdi li għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ sabiex jinkiseb il-livell mixtieq ta’ protezzjoni ambjentali? |
(1) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2012 (ĠU 2012, C 158, p. 4).
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.