Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (L‑Ewwel Awla) tas‑7 ta’ Settembru 2023 –
Versobank vs BĊE
(Kawża C‑803/21 P) ( 1 )
“Appell – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu – Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu Versobank AS – Tqassim tal-kompetenzi bejn il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti – Drittijiet proċedurali – Difetti proċedurali ”
|
1. |
Rikors għal annullament – Aggravji – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Aggravju ibbażat fuq ksur tar-regoli ta’ proċedura waqt eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Proċedura amministrattiva li setgħet wasslet għal riżultat differenti fl-assenza ta’ din l-irregolarità – Assenza (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1024/2013, Artikolu 4(1)(a); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2013/36, Artikolu 18) (ara l-punti 48 sa 50) |
|
2. |
Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Superviżjoni tas-settur finanzjarju tal-Unjoni – Mekkaniżmu Superviżorju Uniku – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu – Irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu – Kompetenza esklużiva tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Evalwazzjoni ġuridika tal-fatti li jikkostitwixxu ksur stabbilit mill-awtoritajiet nazzjonali – Inklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1024/2013, premessa 28 u Artikolu 4(1)(a) u 14(5); Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/60 u 2013/36, Artikolu 18(f) u Artikolu 67(1)) (ara l-punti 96 sa 99, 140, 141) |
|
3. |
Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Interess li għandu jiġi evalwat fid-data tal-preżentata tar-rikors – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Deċiżjoni mħassra u ssostitwita b’deċiżjoni b’kontenut identiku meħuda fil-qafas tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Assenza (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1024/2013, Artikolu 24) (ara l-punti 159, 160, 168) |
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Versobank AS hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
( 1 ) ĠU C 73, 14.02.2022.