Kawża C‑758/21 P

Ryanair DAC
u
Airport Marketing Services Ltd

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Novembru 2023

“Appell – Għajnuna mill-Istat – Miżuri implimentati mir-Repubblika tal-Awstrija favur l-ajruport ta’ Klagenfurt, ta’ Ryanair u ta’ kumpanniji tal-ajru oħra li jużaw dan l-ajruport – Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Provi prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali wara l-għeluq tal-proċedura bil-miktub – Ammissibbiltà – Regolament (UE) 2015/1589 – Artikolu 17(1) u (2) – Setgħat tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam ta’ rkupru ta’ għajnuna – Terminu ta’ preskrizzjoni – Grad ta’ preċiżjoni tal-miżuri li jinterrompu dan it-terminu – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żnaturament tal-provi – Data rilevanti għad-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata”

  1. Proċedura ġudizzjarja – Terminu għall-produzzjoni tal-provi – Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Produzzjoni ta’ provi qabel l-għeluq tal-fażi orali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Produzzjoni tardiva ġġustifikata – Assenza ta’ ġustifikazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali – Portata

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 85(3))

    (ara l-punti 37 sa 45)

  2. Proċedura ġudizzjarja – Terminu għall-produzzjoni tal-provi – Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Produzzjoni ta’ provi qabel l-għeluq tal-fażi orali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Produzzjoni tardiva ġġustifikata – Assenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw id-dewmien fil-produzzjoni tal-provi

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 85(3))

    (ara l-punti 47, 49)

  3. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli – Preskrizzjoni deċennali tal-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589 – Interruzzjoni tal-preskrizzjoni permezz ta’ diversi talbiet għal informazzjoni indirizzati mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat u lill-benefiċjarju – Miżura ta’ għajnuna magħmula minn diversi ftehimiet – Obbligu għall-Kummissjoni li tidentifika b’mod speċifiku kull wieħed mill-imsemmija ftehimiet fit-talbiet tagħha għal informazzjoni – Assenza

    (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 17)

    (ara l-punti 81 sa 88)

  4. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Riferiment għad-dati tal-adozzjoni, mill-Kummissjoni, tal-miżuri li jistgħu jinterrompu t-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589 – Motivazzjoni suffiċjenti

    (Artikolu 107(1) u 296 TFUE)

    (ara l-punti 92 sa 95)

  5. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

    (Is-subparagrafu 2d tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    (ara l-punti 109 sa 111, 116, 117, 122, 123, 127 sa 129)

  6. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tat-tranżazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha – Teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi disponibbli u tal-evoluzzjonijiet prevedibbli fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni li tirrigwarda l-miżura inkwistjoni – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi sussegwenti għall-adozzjoni tal-miżura kkonċernata – Esklużjoni

    (Artikolu 107(1) TFUE)

    (ara l-punti 146, 150, 154)

Ara t-test tad-deċiżjoni.