Kawża C‑466/21 P

Land Rheinland-Pfalz

vs

Deutsche Lufthansa AG

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal‑14 ta’ Settembru 2023

“Appell – Għajnuna mill-Istat – Settur tal-ajru – Għajnuna għall-operat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-ajruport ta’ Frankfurt Hahn – Artikolu 108 TFUE – Deċiżjoni li ma tinfetaħx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Rikors għal annullament – Kwalità ta’ parti interessata – Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali”

  1. Proċedura ġudizzjarja – Talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali – Talba intiża sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet wara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali – Kundizzjonijiet għall-ftuħ mill-ġdid

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

    (ara l-punti 29, 30)

  2. Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta' motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Motiv ibbażat fuq elementi li joħorġu fil-mori tal-kawża – Assenza – Inammissibbiltà

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 127)

    (ara l-punti 35, 36)

  3. Appell – Appell inċidentali – Suġġett – Neċessità li wieħed jibbaża ruħu fuq aggravji differenti minn dawk invokati fir-risposta għall-appell prinċipal – Appell inċidentali li jinvoka aggravji parzjalment awtonomi u distinti minn dawk invokati fl-appell prinċipali – Espożizzjoni tal-aggravji kollha fl-appell inċidentali, inklużi dawk ippreżentati fir-risposta – Ammissibbiltà

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 172, 174, 176 u Artikolu 178(1) u (3))

    (ara l-punti 50 sa 53)

  4. Appell – Appell inċidentali – Ammissibbiltà – Obbligu li tissemma d-data tan-notifika tal-appell prinċipali lill-parti li tippreżenta l-appell inċidentali – Data tan-notifika li tirriżulta biss mir-risposta għall-appell prinċipali – Appell inċidentali ammissibbli

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 177(1)(b))

    (ara l-punti 54 sa 56)

  5. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern mingħajr ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Rikorsi tal-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Artikolu 108(2) u (3) u Artikolu 263(4) TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 1(h))

    (ara l-punti 79 sa 82)

  6. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Proċedura amministrattiva – Parti interessata fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE – Kunċett – Impriża li ma tinsabx f’relazzjoni ta’ kompetizzjoni diretta mal-benefiċjarju tal-għajnuna – Ħtieġa għal din l-impriża li turi l-inċidenza konkreta tal-għajnuna fuq is-sitwazzjoni tagħha

    (Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 1(h))

    (ara l-punti 85 sa 89)

  7. Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 117)

    (ara l-punti 93, 94)

  8. Appell – Appell meqjus fondat – Riżoluzzjoni tat-tilwima fuq il-mertu mill-qorti tal-appell – Kundizzjoni – Kawża fi stat li tista’ tiġi deċiża

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61)

    (ara l-punti 110 sa 112)

Ara t-test tad-deċiżjoni.