Kawża C‑367/21
Hewlett Packard Development Company LP
vs
Senetic S.A.
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis‑Sąd Okręgowy w Warszawie)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat‑18 ta’ Jannar 2024
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-merkanzija – Artikoli 34 u 36 TFUE – Proprjetà intellettwali – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 13 – Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 15 – Eżawriment tad-drittijiet mogħtija mit-trade mark – Tqegħid fis-suq fl-Unjoni jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) – Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark – Post tal-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu – Oneru tal-prova”
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Effetti tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark – Kundizzjonijiet – Prodott imqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni fiż-Żona Ekonomika Ewropea – Kunsens tal-proprjetarju
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 15(1); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 13(1))
(ara l-punti 50‑54)
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Effetti tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark – Regola li tqiegħed l-oneru tal-prova fuq it-terzi li jinvokaw l-eżawriment – Ammissibbiltà – Eċċezzjonijiet – Portata
(Artikoli 34 u 36 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 15(1); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 13(1))
(ara l-punti 58‑67 u d-dispożittiv)