Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 –
Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Eżenzjoni tad-dazju tas-sisa fuq l-alkoħol użat għall-produzzjoni ta’ mediċini)

(Kawża C‑166/21) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku – Direttiva 92/83/KEE – Eżenzjoni mid-dazju armonizzat – Alkoħol etiliku użat għall-produzzjoni ta’ mediċini – Artikolu 27(1)(d) – Eżenzjoni suġġetta għall-kundizzjoni li l-alkoħol jitqiegħed taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju – Impossibbiltà li tinkiseb rifużjoni tad-dazju tas-sisa mħallas – Prinċipju ta’ proporzjonalità”

1. 

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Dazji tas-sisa – Direttiva 92/83 – Alkoħol u xorb alkoħoliku – Eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa armonizzat – Prodotti użati għall-produzzjoni ta’ mediċini – Kunċett

(Direttiva tal-Kunsill 92/83, Artikolu 27(1)(d))

(ara l-punt 42)

2. 

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Dazji tas-sisa – Direttiva 92/83 – Alkoħol u xorb alkoħoliku – Eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa armonizzat – Eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva – Possibbiltà għall-Istati Membri li jqiegħdu kundizzjonijiet oħra fuq dawn l-eżenzjonijiet – Limiti

(Direttiva tal-Kunsill 92/83, Artikolu 27(1))

(ara l-punti 44- 46)

3. 

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Dazji tas-sisa – Direttiva 92/83 – Alkoħol u xorb alkoħoliku – Eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa armonizzat – Alkoħol etiliku użat għall-produzzjoni ta’ mediċini – Eżenzjoni suġġetta għat-tqegħid tal-alkoħol taħt sistema ta’ sospensjoni ta’ dazji – Ammissibbiltà – Obbligu tal-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tipprevedi r-rifużjoni tal-imsemmija dazji tas-sisa – Assenza

(Direttivi tal-Kunsill 92/83, it-tmintax u t-tlieta u għoxrin premessa u l-Artikoli 25 u 27(1) u (6), u 2008/118, Artikolu 11)

(ara l-punti 50-52, 54, 55, 57- 62)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.

3) 

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


( 1 ) ĠU C 148, 26.4.2021.