KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
PRIIT PIKAMÄE
ippreżentati fis‑26 ta’ Jannar 2023 ( 1 )
Kawża C‑660/21
Prosekutur tar-Repubblika
Proċeduri kriminali
kontra
K.B.,
F.S.
(Talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mit-tribunal correctionnel de Villefranche-sur-Saône (il-Qorti Kriminali ta’ Villefranche-sur-Saône, Franza))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Artikolu 82(2) TFUE – Prinċipji ta’ fiduċja u ta’ rikonoxximent reċiproku – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali – Dritt li persuna tiġi informata bid-dritt tagħha li tibqa’ siekta – Direttiva 2012/13/UE – Artikoli 3 u 4 – Drittijiet tad-difiża – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Ġurisprudenza nazzjonali li tipprojbixxi lil qorti kriminali milli tirrileva ex officio ksur ta’ drittijiet proċedurali marbut mad-dritt tal-Unjoni Ewropea – Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività”
|
1. |
“Magħquda fid-diversità”, dan huwa l-motto tal-Unjoni Ewropea ( 2 ) u dawn huma wkoll it-termini tal-isfida li hija għandha tegħleb fil-bini tagħha, billi jista’ jkun diffiċli li jinstab il-bilanċ bejn dawn iż-żewġ pilastri. Dan jgħodd ukoll fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li fih tradizzjonalment isir riferiment għas-sovranità nazzjonali, u b’mod iktar partikolari fil-qasam tal-proċedura kriminali, ġustament ikkunsidrata bħala “wieħed mill-oqsma kriminali fost l-iktar li għandhom l-għeruq tagħhom fit-tradizzjonijiet ġuridiċi jew fil-kultura ġuridika tal-Istati, u anki fit-tradizzjonijiet kulturali tagħhom jew sempliċiment fil-kultura tagħhom” ( 3 ). |
|
2. |
Din il-kawża tikkonċerna preċiżament is-suġġett delikat tal-missjoni tal-qorti kriminali fil-fażi tas-sentenza, fejn il-qorti jkollha twieġeb għall-mistoqsija li ġejja: huwa dmir tal-qorti li tirrileva ex officio difett proċedurali bbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni li tiġi informata bid-dritt tagħha li tibqa’ siekta? |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
|
3. |
Huma rilevanti fil-kuntest ta’ din il-kawża l-Artikolu 82(2) TFUE, l-Artikoli 3, 4 u 8(2) tad-Direttiva 2012/13/UE ( 4 ), l-Artikolu 47 u l-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). |
Id‑dritt Franċiż
|
4. |
L-Artikolu 63-1 tal-code de procédure pénale (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) (iktar ’il quddiem iċ-“CPP”) jipprovdi: “Il-persuna mqiegħda taħt detenzjoni mill-pulizija għandha immedjatament tiġi informata minn uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja jew, taħt il-kontroll ta’ dan tal-aħħar, minn aġent tal-pulizija ġudizzjarja, f’lingwa li hija tifhem, fejn xieraq permezz tal-formula prevista fit-tlettax-il paragrafu: 1° Dwar it-tqegħid tagħha taħt detenzjoni mill-pulizija kif ukoll dwar it-tul tal-miżura u dwar l-estensjoni jew l-estensjonijiet li din tal-aħħar tista’ tkun suġġetta għalihom; 2° Dwar il-klassifikazzjoni, dwar id-data u dwar il-post preżunti tal-ksur li hija ssuspettata li wettqet jew ipprovat twettaq kif ukoll dwar ir-raġunijiet imsemmija fil-punti 1° sa 6° tal-Artikolu 62‑2 li jiġġustifikaw it-tqegħid tagħha taħt detenzjoni mill-pulizija; 3° Dwar il-fatt li hija tibbenefika:
|
|
5. |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 385 taċ-CPP jipprovdi: “Il-Qorti Kriminali għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata n-nullitajiet ta’ proċeduri li jiġu ppreżentati quddiemha ħlief meta tkun adita b’rinviju ordnat mill-qorti istruttorja jew mill-awla istruttorja.” |
|
6. |
Skont kliem l-Artikolu 802 ta’ dan il-kodiċi: “F’każ ta’ ksur ta’ forom stabbiliti mil-liġi taħt piena ta’ nullità jew ta’ inosservanza ta’ rekwiżiti formali essenzjali, kull qorti, inkluża l-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), li tkun adita b’talba għal annullament jew li tirrileva ex officio tali irregolarità tista’ tiddikjara n-nullità biss meta din tal-aħħar kellha l-effett li tippreġudika l-interessi tal-parti kkonċernata minnha.” |
Il‑fatti li wasslu għall‑kawża, il‑proċeduri fil‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari
|
7. |
Filgħaxija tat‑22 ta’ Marzu 2021, aġenti tal-pulizija ġudizzjarja kkonstataw il-preżenza suspettuża ġewwa parkeġġ ta’ impriża ta’ żewġ individwi li pprovaw jinħbew minnhom. L-aġenti osservaw li t-tank ta’ vettura ta’ merkanzija tqila pparkjata f’dan il-parkeġġ kien miftuħ u li kien hemm laned fil-qrib. Fl‑22.25, fil-kuntest ta’ investigazzjoni in flagrante delicto għal fatti ta’ serq ta’ fjuwil, huma wettqu l-interrogazzjoni taż-żewġ suspettati, K.B. u F.S, li ġew immanettjati sabiex jiġi evitat kull tentattiv ta’ ħarba. |
|
8. |
Wara li interrogaw lil K.B. u lil F.S., l-aġenti tal-pulizija avżaw lill-uffiċjal tal-pulizija ġudizzjarja, li talab il-preżentata immedjata taż-żewġ persuni interrogati għall-finijiet tat-tqegħid tagħhom taħt detenzjoni mill-pulizija. |
|
9. |
Dawn l-aġenti sussegwentement sejħu uffiċjal ieħor tal-pulizija, li wasal fuq il-post fl‑22.40 u wettaq il-perkwiżizzjoni tal-vettura ta’ K.B. u ta’ F.S. Dan l-uffiċjal għamlilhom ukoll mistoqsijiet, li huma wieġbu għalihom. Waqt il-perkwiżizzjoni tal-vettura, ġew skoperti elementi li jinkriminaw, bħal tappijiet, lembut u pompa elettrika. |
|
10. |
Fl‑22.50, il-prosekutur tar-Repubblika ġie avżat bit-tqegħid taħt detenzjoni mill-pulizija ta’ F.S. u ta’ K.B., li ġew innotifikati bid-drittijiet tagħhom, rispettivament, fil‑23.00 u fil‑23.06. |
|
11. |
Il-qorti tar-rinviju, imsejħa sabiex tgħaddi ġudizzju fuq K.B. u F.S. għal reati ta’ serq ta’ fjuwil imwettaq minn diversi persuni flimkien, tikkonstata li twettqu atti ta’ investigazzjoni u nġabru kummenti awtoinkriminanti qabel ma K.B. u F.S. ġew innotifikati bid-drittijiet tagħhom, kif previsti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2012/13. Fid-dawl tan-natura tardiva tat-tqegħid taħt detenzjoni mill-pulizija, tal-avżar tal-prosekutur tar-Repubblika u tan-notifika tad-drittijiet, b’mod partikolari tad-dritt li l-persuna tibqa’ siekta, il-perkwiżizzjoni tal-vettura, id-detenzjoni mill-pulizija tal-persuni ssuspettati u l-atti l-oħrajn kollha li jirriżultaw minnhom għandhom, bħala prinċipju, jiġu annullati. |
|
12. |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li, skont il-ġurisprudenza tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza), ħlief f’ċirkustanzi li ma jistgħux jingħelbu, kull dewmien kemm tan-notifika lill-persuni interrogati tad-drittijiet tagħhom kif ukoll tal-informazzjoni tal-prosekutur tar-Repubblika jikkostitwixxi raġuni għal nullità tal-miżura ta’ detenzjoni mill-pulizija ta’ dawn il-persuni. |
|
13. |
Madankollu, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) iddeċidiet ukoll li l-qrati ta’ proċess kriminali ma għandhomx id-dritt li jqajmu ex officio eċċezzjoni ta’ nullità tal-proċedura, bl-eċċezzjoni tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, minħabba l-fatt li l-imputat, li għandu d-dritt li jkun assistit minn avukat waqt il-komparizzjoni tiegħu jew huwa rrappreżentat quddiem qorti ta’ proċess kriminali, jista’ jeċepixxi tali nullità, b’tali mod li l-imputat għandu l-istess fakultà fl-appell jekk ma tkunx saret il-komparizzjoni tiegħu jew jekk ma kienx irrappreżentat fl-ewwel istanza ( 5 ). |
|
14. |
Issa, waqt is-seduta tas-sentenza ta’ K.B. u F.S., il-konsulenti legali rispettivi tagħhom ma eċepixxewx eċċezzjoni ta’ nullità tal-proċedura. |
|
15. |
Skont il-qorti tar-rinviju, mill-ġurisprudenza tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) jirriżulta li ma hijiex il-qorti kriminali li għandha tiżgura s-supremazija u l-effett utli tad-dritt tal-Unjoni għall-parti fil-kawża, iżda l-avukat tagħha. Minħabba f’dan, fil-kawżi ta’ reati ħfief u/jew għall-partijiet fil-kawża li ma humiex assistiti minn avukat, il-qorti ma tistax tiżgura l-effettività tad-dritt tal-Unjoni billi tikkonstata, fejn xieraq, ex officio, ir-reat ta’ dan tal-aħħar. |
|
16. |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tistabbilixxi li, fl-assenza ta’ regoli tal-Unjoni f’dan il-qasam, bħal fil-każ ineżami, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali tar-rikorsi ġudizzjarji intiżi sabiex jiżguraw is-salvagwardja tad-drittijiet tal-partijiet fil-kawża, skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, bil-kundizzjoni, madankollu, li dawn ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (il-prinċipju ta’ ekwivalenza) u li ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (il-prinċipju ta’ effettività). Madankollu, fis-sentenza tal‑14 ta’ Diċembru 1995, Peterbroeck ( 6 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola ta’ proċedura nazzjonali li tipprekludi lil qorti nazzjonali, adita fil-kuntest tal-ġurisprudenza tagħha, milli tevalwa ex officio l-kompatibbiltà ta’ att tad-dritt intern ma’ dispożizzjoni tal-Unjoni, meta din tal-aħħar ma tkunx ġiet invokata f’ċertu terminu mill-parti fil-kawża. |
|
17. |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur, li fiha din tal-aħħar iddeċidiet li jeżisti obbligu tal-qorti nazzjonali li teżamina ex officio il-ksur tad-Direttiva 93/13/KEE ( 7 ), sa fejn tali eżami jippermetti li jintlaħqu r-riżultati previsti minn din id-direttiva. Din il-ġurisprudenza tirrikonoxxi lill-qorti nazzjonali l-istatus tagħha ta’ awtorità ta’ Stat Membru kif ukoll l-obbligu korrelattiv tagħha ta’ attur b’mod sħiħ fil-proċess ta’ traspożizzjoni tad-direttivi, f’kuntest speċifiku kkaratterizzat mill-inferjorità ta’ parti fil-proċedura. Madankollu, dan ir-raġunament relattiv għall-konsumatur jista’ assolutament jiġi traspost għal imputat fil-qasam kriminali, fejn dan tal-aħħar ma jkunx neċessarjament assistit minn avukat sabiex isostni d-drittijiet tiegħu. |
|
18. |
Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-projbizzjoni tal-konstatazzjoni ex officio tal-ksur ta’ dispożizzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi direttiva tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, il-qorti nazzjonali tista’ tiżgura ruħha mill-effettività ta’ din tal-aħħar, u dan anki meta l-parti fil-kawża ma jkollhiex avukat jew meta din tal-aħħar ma tkunx invokat ksur tad-dritt tal-Unjoni. Fil-każ ineżami, il-qorti tar-rinviju tindika li, jekk hija tista’ tqajjem ex officio in-notifika tardiva tad-dritt li persuna tibqa’ siekta, hija tkun tista’ tannulla l-atti determinanti għall-istabbiliment tal-ħtija tal-imputati, jiġifieri l-perkwiżizzjoni tal-vettura u l-kummenti awtoinkriminanti miġbura, bl-istess mod bħad-detenzjoni mill-pulizija kif ukoll l-atti li jirriżultaw minnhom. |
|
19. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tribunal correctionnel de Villefranche-sur-Saône (il-Qorti Kriminali ta’ Villefranche-sur-Saône, Franza) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda li ġejja: “L-Artikoli 3 (Id-dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet) u 4 (Ittra tad-drittijiet mal-arrest) tad-[Direttiva 2012/13], l-Artikolu 7 (Id-dritt li wieħed jibqa’ sieket) tad-[Direttiva 2016/343], flimkien mal-Artikolu 48 (Il-preżunzjoni ta’ innoċenza u dritt għad-difiża) tal-[Karta], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-projbizzjoni imposta fuq il-qorti nazzjonali li tirrileva ex officio ksur tad-drittijiet tad-difiża kif huma ggarantiti [minn dawn id-direttivi], u b’mod iktar partikolari sa fejn hija pprojbita milli tirrileva ex officio, għall-finijiet tal-annullament tal-proċedura, l-assenza ta’ notifika tad-dritt li wieħed jibqa’ sieket fil-mument tal-arrest jew notifika tardiva tad-dritt li wieħed jibqa’ sieket?” |
Il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
20. |
Il-konvenuti fil-kawża prinċipali, il-Gvern Franċiż u Irlandiż kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub u ppreżentaw osservazzjonijiet orali waqt is-seduta tal‑20 ta’ Settembru 2022. |
Analiżi
|
21. |
Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2012/13 kif ukoll l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2016/343 ( 8 ), moqrija fid-dawl tal-Artikolu 48 tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi ġudizzjarja li tipprojbixxi lil qorti kriminali responsabbli sabiex tevalwa l-ħtija tal-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni milli tirrileva ex officio, għall-finijiet ta’ annullament tal-proċedura ( 9 ), il-ksur tad-dritt li tiġi informata bid-dritt tagħha li tibqa’ siekta. |
Fuq l‑applikabbiltà tad‑Direttiva 2012/13
|
22. |
Matul is-seduta, tqajmet il-kwistjoni tal-applikabbiltà tad-Direttiva 2012/13 fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 2(1) tagħha, li skontu din tal-aħħar tapplika “minn meta l-persuni jiġu informati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, li huma ssuspettati jew akkużati li wettqu reat”. Din il-formulazzjoni hija ta’ natura li teskludi l-applikazzjoni ratione temporis ta’ din id-direttiva għal kull sitwazzjoni preċedenti għan-notifika uffiċjali ta’ din l-informazzjoni. |
|
23. |
Hemm lok li jitfakkar li l-għan tad-Direttiva 2012/13 huwa, skont l-Artikolu 1 tagħha, li tiddefinixxi regoli minimi li jikkonċernaw id-drittijiet li jibbenefikaw minnhom il-persuni ssuspettati u l-persuni mixlija fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, b’mod partikolari dak li jiġu informati bid-drittijiet tagħhom. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva huwa ddefinit fl-Artikolu 2 tagħha. L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva jipprovdi li “[l]-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-suspettati jew il-persuni akkużati jingħataw fil-pront informazzjoni dwar […] id-drittijiet proċedurali […] sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv ta’ dawk id-drittijiet”. |
|
24. |
Kif issemmi l-premessa 19 tad-Direttiva 2012/13, id-dritt li persuna tiġi informata bid-drittijiet tagħha huwa intiż li jħares l-ekwità tal-proċeduri kriminali u sabiex tiġi ggarantita l-effettività tad-drittijiet tad-difiża, sa mill-ewwel stadji ta’ dawn il-proċeduri. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 24 tal-proposta ta’ direttiva tal-Kummissjoni tal‑20 ta’ Lulju 2010 (COM (2010) 392 final), li tat lok għad-Direttiva 2012/13, il-perijodu li jiġi immedjatament wara ċ-ċaħda tal-libertà għandu l-ikbar riskju ta’ estorsjoni abbużiva ta’ ammissjonijiet, b’tali mod li “huwa essenzjali li kull persuna ssuspettata jew akkużata għandha tiġi informata malajr bid-drittijiet tagħha, jiġifieri mingħajr dewmien wara l-arrest tagħha u bl-iktar mod effikaċi possibbli”. Barra minn hekk, il-premessa 19 tad-Direttiva 2012/13 tenfasizza li d-dritt li persuna tiġi informata dwar id-drittijiet tagħha għandu jiġi implimentat “l-aktar tard qabel l-ewwel interrogazzjoni uffiċjali tal-persuna suspettata jew akkużata mill-pulizija”, filwaqt li konformament mal-premessa 22 ta’ din id-direttiva, fil-każ ta’ arrest jew ta’ detenzjoni tal-persuna kkonċernata, għandha tingħata “fil-pront” dikjarazzjoni bil-miktub tad-drittijiet li tinkludi informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali applikabbli ( 10 ). |
|
25. |
Minn dawn l-elementi jirriżulta li l-persuni ssuspettati li wettqu reat għandhom jiġu informati bid-drittijiet tagħhom kemm jista’ jkun malajr mill-mument meta s-suspetti li għalihom ikunu suġġetti jiġġustifikaw, f’kuntest li ma huwiex dak tal-urġenza, li l-awtoritajiet kompetenti jirrestrinġu l-libertà tagħhom permezz ta’ miżuri koerċittivi u, l-iktar tard, qabel l-ewwel interrogatorju uffiċjali mill-pulizija ( 11 ). Billi l-komunikazzjoni tad-drittijiet għandha għaldaqstant issir, sabiex tkun effettiva, fi stadju bikri tal-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-persuni kkonċernati li huma ssuspettati jew mixlija li wettqu ksur kriminali tista’ ssir permezz ta’ notifika uffiċjali jew “b’kull mezz ieħor” jew “ikun xi jkun il-metodu”, sa fejn il-mezz li bih tali informazzjoni tasal għand dawn il-persuni huwa irrilevanti ( 12 ). |
|
26. |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, skont il-premessa 14 tad-Direttiva 2012/13, din tal-aħħar hija msejsa fuq id-drittijiet stabbiliti fil-Karta, u b’mod partikolari fl-Artikoli 6, 47 u 48, billi tibni fuq l-Artikoli 5 u 6 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-“KEDB”) kif interpretati mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“Qorti EDB”) u li t-terminu “akkuża” f’din id-direttiva jintuża sabiex jiddeskrivi l-istess kunċett tat-terminu “akkuża” użat fl-Artikolu 6(1) tal-KEDB. F’dan ir-rigward, hemm “akkuża kriminali” meta persuna tiġi mixlija uffiċjalment mill-awtoritajiet kompetenti jew meta l-atti mwettqa minnhom minħabba suspetti kontriha jkollhom riperkussjonijiet sinjifikattivi fuq is-sitwazzjoni tagħha. Għalhekk, b’mod partikolari, persuna li ġiet arrestata għaliex hija ssuspettata li wettqet reat kriminali tista’ titqies li hija “akkużata b’reat kriminali” u tista’ titlob l-protezzjoni tal-Artikolu 6 tal-KEDB ( 13 ). B’mod partikolari, kull persuna “akkużata”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, għandha d-dritt li tiġi informata bid-dritt tagħha li tibqa’ siekta ( 14 ). |
|
27. |
Madankollu mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, filgħaxija tat‑22 ta’ Marzu 2021, l-attenzjoni tal-pulizija nġibdet mill-preżenza ta’ żewġ individwi ġewwa parkeġġ ta’ impriża, jitħabtu madwar trakk li t-tank tiegħu kien miftuħ, b’laned fil-qrib, u li pprovaw jinħbew minnhom, sitwazzjoni li wasslet għall-interrogazzjoni u għall-immanettjar tagħhom. Permezz ta’ dawn l-atti koerċettivi univokali, dawn tal-aħħar ġew informati li kienu ssuspettati li wettqu reat kriminali, f’dan il-każ ta’ serq ta’ fjuwil, fatt li jiddetermina l-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/13. Għaldaqstant u b’mod konformi mal-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva 2012/13, iż-żewġ individwi kkonċernati kellhom id-dritt li jiġu informati fil-pront bid-drittijiet tagħhom u, b’mod partikolari, b’dak li jibqgħu siekta. |
|
28. |
Fl-aħħar, nirrileva li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/13, evokata fil-punt 22 ta’ dawn il-konklużjonijiet, twassal sabiex tirrendi n-notifika tad-drittijiet previsti tardiva u b’hekk irregolari minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni tagħha, fatt li ma huwiex loġikament u ġuridikament aċċettabbli. |
Fuq il‑portata tat‑talba għal deċiżjoni preliminari
|
29. |
Jidhirli li huwa neċessarju, fl-ewwel lok, li jiġi eżaminat is-sens eżatt tad-domanda preliminari fid-dawl tal-formulazzjoni tagħha. Minn din tal-aħħar jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tidher li tillimita d-domanda tagħha għall-problema unika ta’ inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-projbizzjoni pretorjana nazzjonali ta’ eżami ex officio, b’kontradizzjoni max-xewqa ta’ din il-qorti li tkun tista’ teżerċita tali kompetenza. Għaldaqstant, id-domanda preliminari li hija adita biha l-Qorti tal-Ġustizzja ma tirrigwardax l-eżistenza ta’ eventwali obbligu ta’ eżami ex officio impost fuq il-qorti nazzjonali mid-dritt tal-Unjoni fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali. |
|
30. |
Dan is-sens tad-domanda preliminari jidhirli li huwa dubjuż, sa fejn il-qorti nazzjonali tagħmel riferiment espliċitu, fid-deċiżjoni tar-rinviju, għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li fiha jiġi deċiż li l-qorti nazzjonali għandha d-“dmir” li tirrileva ex officio il-ksur tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur minn klawżoli inġusti. Huwa ċar li l-qorti nazzjonali tikkunsidra li l-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq għandha tiġi applikata fil-kawża prinċipali fid-dawl tal-assimilazzjoni tal-imputati mal-konsumaturi, b’kunsiderazzjoni tal-pożizzjoni komuni tagħhom ta’ inferjorità fil-proċeduri kkonċernati. F’dan ir-rigward, huwa sintomatiku li jiġi osservat li, kemm il-konvenuti fil-kawża prinċipali kif ukoll il-Gvern Franċiż, Irlandiż kif ukoll il-Kummissjoni inkludew, fl-osservazzjonijiet tagħhom elementi ta’ risposta dwar l-eżistenza ta’ obbligu ta’ eżami ex officio li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni, kwistjoni li jidhirli, fil-fatt, li hija diffiċli li tiġi mwarrba kompletament u sempliċement fl-istadju tad-deċiżjoni tar-rinviju. |
|
31. |
Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi rrilevat li d-dritt tal-Unjoni jipprovdi għad-dritt li persuna ssuspettata jew mixlija tibqa’ siekta f’żewġ strumenti legali separati, jiġifieri d-Direttiva 2012/13 u d-Direttiva 2016/343. L-ewwel direttiva, fl-Artikoli 3 u 4 tagħha, tipprevedi l-eżistenza tad-dritt li persuna tiġi informata u tad-dritt li tibqa’ siekta filwaqt li t-tieni waħda, fl-Artikolu 7 tagħha, tistabbilixxi dan tal-aħħar bħala dritt sostantiv flimkien ma’ dak li ma tinkriminax lilha nnifisha, it-tnejn li huma deskritti bħala aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Skont il-premessi 26 u 27 tad-Direttiva 2016/343, id-dritt li persuna tibqa’ siekta u d-dritt li ma tinkriminax lilha nnifisha japplikaw fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reat kriminali allegat u jimplikaw li l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx iġiegħlu lill-persuni ssuspettati jew mixlija sabiex jipprovdu informazzjoni jekk dawn il-persuni ma jkunux jixtiequ jagħmlu dan, filwaqt li t-tieni premessa tagħmel riferiment għall-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti EDB ( 15 ). |
|
32. |
Din il-qorti tikkunsidra li d-dritt li persuna ma tixhidx kontra tagħha nnifisha jikkonċerna fl-ewwel lok l-osservanza tal-volontà tal-persuna mixlija li tibqa’ siekta u jippreżumi li, f’kawża kriminali, l-akkuża għandha tfittex li tibni l-argument tagħha mingħajr ma tirrikorri għal provi miksuba permezz tal-koerċizzjoni jew l-oppressjoni, kontra l-volontà tal-akkużat. Ir-raġuni wara dawn id-drittijiet hija marbuta b’mod partikolari mal-protezzjoni tal-akkużat minn koerċizzjoni abbużiva min-naħa tal-awtoritajiet, fatt li jista’ jippermetti li jiġu evitati żbalji ġudizzjarji u li jinkisbu l-għanijiet tal-Artikolu 6 tal-KEDB ( 16 ). Għaldaqstant, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2016/343 u l-Artikolu 6 tal-KEDB jikkondividu l-istess sens tal-imsemmija drittijiet, jiġifieri l-protezzjoni, fl-okkażjoni tal-interrogazzjonijiet, mill-kisba ta’ provi permezz ta’ koerċizzjoni, minkejja l-espressjoni minn qabel tal-volontà tal-persuna ssuspettata li tibqa’ siekta. |
|
33. |
Għaldaqstant nirrileva li, fid-dawl tal-fatti tal-kawża prinċipali, kif jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju, ma hijiex direttament inkwistjoni s-sustanza tad-dritt li persuna tibqa’ siekta stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2016/343 previst fid-domanda preliminari u deskritt iktar ’il fuq. Il-kuntest tal-problema mqajma f’din il-kawża huwa l-fatt li n-notifika lis-suspettati tad-dritt tagħhom li jibqgħu siekta saret b’mod tardiv bi ksur tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2012/13, trasposti fid-dritt nazzjonali, li jipprovdu li tali informazzjoni għandha tingħata fil-pront. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2016/343 ma jidhirx li huwa rilevanti għall-finijiet tar-risposta li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tipprovdi f’dan il-każ. |
|
34. |
Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kawża prinċipali tikkonċerna l-eżistenza ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv, bħal dak previst fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2012/13, li jeżiġi li “s-suspettati jew il-persuni akkużati jew l-avukat tagħhom ikollhom id-dritt ta’ kontestazzjoni, f’konformità mal-proċeduri fil-liġi nazzjonali, rigward in-nuqqas jew iċ-ċaħda possibbli tal-awtoritajiet kompetenti li jipprovdu l-informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva”. |
|
35. |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi kkonstatat ( 17 ), minn naħa, li huma b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2012/13 kif ukoll l-Artikolu 8(2) ta’ din tal-aħħar li huma inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, min-naħa l-oħra, li dawn id-dispożizzjonijiet jikkonkretizzaw id-drittijiet fundamentali għal smigħ xieraq u għar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, kif stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 47 u fl-Artikolu 48(2) tal-Karta u għandhom jiġu interpretati fid-dawl ta’ dawn tal-aħħar ( 18 ). F’dan ir-rigward, mill-ispjegazzjonijiet marbuta mal-Karta – li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE u l-Artikolu 52(7) tal-Karta, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-interpretazzjoni tagħha – jirriżulta li l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta jiżguraw, fid-dritt tal-Unjoni, il-protezzjoni mogħtija mill-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB ( 19 ). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiżgura ruħha li l-interpretazzjoni li hija tagħti lil dawn l-artikoli tal-Karta tkun tiżgura livell ta’ protezzjoni li ma jmurx kontra dak iggarantit mill-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB, kif interpretati mill-Qorti EDB ( 20 ). |
|
36. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2012/13 kif ukoll l-Artikolu 8(2) tagħha, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48(2) tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprekludi lill-qorti, matul il-fażi tas-sentenza mhux ippreċeduta minn istruttorja ( 21 ), li tirrileva ex officio l-ksur tad-dritt tal-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni li tiġi informata bid-dritt tagħha li tibqa’ siekta, li tikkostitwixxi eċċezzjoni ta’ nullità tal-proċedura u, f’każ ta’ risposta pożittiva, jekk id-dritt tal-Unjoni jirrikonoxxix favur il-qorti nazzjonali l-fakultà jew jimponix fuqha l-obbligu li tirrileva tali ksur ex officio. |
|
37. |
Ir-risposta għal din id-domanda timplika, fl-opinjoni tiegħi, li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/13 għandha ssir ukoll filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-limiti inerenti għall-bażi legali li fuqha ġiet adottata din id-direttiva. |
Fuq il‑bażi legali tad‑Direttiva 2012/13
|
38. |
Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 67 TFUE jistabbilixxi li “[l]-Unjoni għandha tikkonsisti fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja b’rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti ta’ l-Istati Membri”. L-Artikolu 82(2) TFUE, li jaqa’ taħt il-Kapitolu 4 (intitolat “Koperazzjoni Ġudizzjarja f’materji kriminali”) tat-Titolu V tat-Tielet Parti ta’ dan it-trattat, jipprovdi li: “[f]ejn ikun meħtieġ sabiex jiġi faċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji, kif ukoll il-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali ta’ natura transkonfinali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ direttivi skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu regoli minimi. Dawn ir-regoli minimi għandhom jieħdu kont tad-differenzi bejn it-tradizzjonijiet u s-sistemi legali ta’ l-Istati Membri”. |
|
39. |
Billi l-Artikolu 82(2)(b) TFUE, li jikkostitwixxi l-bażi legali tad-Direttiva 2012/13, jippermetti biss l-istabbiliment ta’ regoli minimi fil-qasam tad-“drittijiet ta’ l-individwi” fil-proċedura kriminali, din id-direttiva għaldaqstant la tista’ tinkludi dispożizzjonijiet li jiddeterminaw il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ ksur allegat tad-drittijiet sostantivi rrikonoxxuti fiha, u lanqas dispożizzjonijiet li jiddeterminaw in-natura u l-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju, fin-nuqqas tal-għoti ta’ kompetenza lil-leġiżlatur tal-Unjoni dwar dan il-punt ( 22 ). |
|
40. |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2012/13 tipparteċipa fl-istabbiliment ta’ armonizzazzjoni minima tal-proċeduri kriminali fl-Unjoni Ewropea u ma tistax tiġi interpretata bħala strument komplet u eżawrjenti. Hija tħalli lill-Istati Membri fil-libertà, kif tispeċifika l-premessa 40 tagħha, li jestendu d-drittijiet previsti minnha, sabiex jipprovdu livell ogħla ta’ protezzjoni wkoll f’sitwazzjonijiet li ma humiex previsti b’mod espliċitu f’din tal-aħħar, b’tali mod li l-livell ta’ protezzjoni ma għandu qatt ikun inferjuri għall-istandards stabbiliti mill-KEDB, kif interpretati fil-ġurisprudenza tal-Qorti EDB ( 23 ). |
|
41. |
Kif ġustament tenfasizza l-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju msemmija iktar ’il fuq huma intiżi li jippreżervaw l-aspetti speċifiċi tal-proċeduri kriminali nazzjonali u jimplikaw li l-interferenza tad-dritt tal-Unjoni mar-regoli li jirregolaw dawn il-proċeduri għandha tkun limitata, fatt li jidhirli li huwa diffiċilment kompatibbli ma’ interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tad-Direttiva 2012/13 fejn jiġi deċiż li hemm possibbiltà, jew anki l-obbligu, li l-qorti nazzjonali tirrileva ex officio, fl-istadju tas-sentenza mhux ippreċeduta minn istruttorja, il-ksur tad-drittijiet proċedurali rrikonoxxuti minn din tal-aħħar. |
|
42. |
Fit-tieni lok, jeħtieġ li jitfakkar li d-dritt tal-Unjoni huwa bbażat fuq il-premessa fundamentali li kull Stat Membru jikkondividi flimkien mal-Istati Membri l-oħrajn, u jirrikonoxxi li dawn tal-aħħar jikkondividu miegħu, serje ta’ valuri komuni li hija mibnija fuqhom l-Unjoni, kif inhu speċifikat fl-Artikolu 2 TUE. Din il-premessa timplika u tiġġustifika l-eżistenza tal-fiduċja reċiproka bejn l-Stati Membri fir-rikonoxximent ta’ dawn il-valuri u għaldaqstant fir-rispett tad-dritt tal-Unjoni li jimplimentahom. Kemm il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri kif ukoll il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li huwa bbażat fuq l-ewwel wieħed, huma, fid-dritt tal-Unjoni, ta’ importanza fundamentali, peress li dawn jippermettu l-ħolqien u ż-żamma ta’ spazju mingħajr fruntieri interni ( 24 ). |
|
43. |
F’dan ir-rigward, mill-premessi 3, 4, 10 u 14 tad-Direttiva 2012/13 jirriżulta li din tal-aħħar hija intiża, bl-istabbiliment ta’ regoli minimi komuni li jirregolaw id-dritt għal informazzjoni fil-proċeduri kriminali, li ssaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fis-sistemi rispettivi tagħhom tal-ġustizzja kriminali bil-għan li tiffaċilita r-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet fil-qasam kriminali. Kif tiddikjara l-premessa 4 tad-Direttiva 2012/13, “[i]r-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonjiet f’materji kriminali jista’ jaħdem b’mod effettiv biss fi spirtu ta’ fiduċja fejn, mhux biss l-awtoritajiet ġudizzjarji iżda l-atturi kollha fil-proċess kriminali jikkunsidraw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stati Membri oħrajn bħala ekwivalenti għal tagħhom, li jimplika mhux biss fiduċja fl-adegwatezza tar-regoli ta’ Stati Membri oħrajn, iżda wkoll fiduċja li dawk ir-regoli huma applikati korrettament”. |
|
44. |
Hemm lok li jiżdied li l-prinċipju tal-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri jimponi, b’mod partikolari fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja, fuq kull wieħed minn dawn l-Istati l-obbligu li jikkunsidra, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li l-Istati Membri kollha l-oħrajn jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni u, b’mod iktar partikolari, id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti minn dan id-dritt. B’hekk, meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jkunu obbligati, bis-saħħa ta’ dan id-dritt, li jippreżumu r-rispett tad-drittijiet fundamentali mill-Istati Membri l-oħrajn, b’tali mod li la jkunu jistgħu jeżiġu minn Stat Membru ieħor livell ta’ protezzjoni nazzjonali tad-drittijiet fundamentali ogħla minn dak żgurat mid-dritt tal-Unjoni u lanqas, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, ma jkunu jistgħu jivverifikaw jekk dan l-Istat Membru l-ieħor ikunx effettivament irrispetta, f’każ konkret, id-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Unjoni ( 25 ). |
|
45. |
Din il-ġurisprudenza toħloq preżunzjoni ta’ fiduċja reċiproka fis-sistemi nazzjonali ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, li tista’ tiġi kkonfutata biss f’każijiet estremament ristretti li jeħtieġ li jkunu kkaratterizzati minn “ċirkustanzi eċċezzjonali”. L-imsemmija ġurisprudenza hija applikabbli għall-istrumenti kollha tad-dritt sekondarju li jirrigwardaw l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ kundanna kriminali li jimponu piena, jiġifieri d-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI ( 26 ), id-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI ( 27 ) u d-Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI ( 28 ). |
|
46. |
Minbarra l-preżervazzjoni tal-aspetti speċifiċi tas-sistemi ġuridiċi nazzjonali u l-preżunzjoni ta’ ekwivalenza ta’ dawn tal-aħħar fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, il-problema ġuridika invokata mill-qorti tar-rinviju għandha wkoll tiġi eżaminata fid-dawl tal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, li hija limitata mill-osservanza neċessarja tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ( 29 ). |
Fuq l‑awtonomija proċedurali limitata tal‑Istati Membri
|
47. |
Huwa stabbilit li d-drittijiet li K.B. u F.S. jiksbu mill-Artikolu 3(1)(e) u mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2012/13 ġew miksura fil-kuntest tal-proċedura kriminali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. L-obbligu impost minn dawn id-dispożizzjonijiet fuq l-awtoritajiet nazzjonali li jinformaw lis-suspettati u lill-persuni mixlija bid-drittijiet tagħhom li jibqgħu siekta huwa ta’ importanza essenzjali għall-garanzija effettiva ta’ dawn id-drittijiet u, b’hekk, għall-osservanza tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48(2) tal-Karta. Fil-fatt, fl-assenza ta’ din l-informazzjoni, il-persuna kkonċernata la tkun tista’ tikseb konjizzjoni tal-eżistenza u tal-portata tal-imsemmija drittijiet u lanqas titlob l-osservanza tagħhom, b’tali mod li jkun impossibbli għaliha li teżerċita b’mod sħiħ id-drittijiet tad-difiża tagħha u li tibbenefika minn smigħ xieraq ( 30 ). Madankollu, jeħtieġ li jitfakkar li, f’dan il-każ, iż-żewġ individwi interrogati ġew innotifikati bid-drittijiet tagħhom iżda b’dewmien, u dan iwassal għall-konklużjoni ta’ ksur ta’ dawn id-drittijiet, billi d-dewmien ma kien iġġustifikat minn ebda ċirkustanza li ma tistax tingħeleb ( 31 ). |
|
48. |
Fir-rigward tal-konsegwenza ta’ dan il-ksur, mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Franċiż jirriżulta li d-dritt nazzjonali jiddistingwixxi bejn in-nullitajiet ta’ ordni pubbliku, li jikkonċernaw l-organizzazzjoni, il-kompożizzjoni u l-ġurisdizzjoni tal-qrati, u n-nullitajiet ta’ ordni privat, stabbiliti fl-interess tal-partijiet. Dawn tal-aħħar jiġu ssanzjonati biss jekk tintwera l-eżistenza ta’ preġudizzju għall-interessi tal-persuna li tinvokahom, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti garanziji partikolarment importanti, bħal garanzija li persuna tibqa’ siekta, li l-ksur tagħhom huwa kkunsidrat bħala li neċessarjament jikkawża preġudizzju, u ma jistgħux jiġu rrilevati ex officio mill-qorti. Din l-aħħar imsemmija regola tirriżulta mill-interpretazzjoni mogħtija mill-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 385 taċ-CPP. |
|
49. |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li l-Artikolu 8(2)tad-Direttiva 2012/13 jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiżguraw li, konformement mal-proċeduri previsti mid-dritt nazzjonali, is-suspettati u l-persuni mixlija, jew l-avukat tagħhom, ikollhom id-dritt li jikkontestaw il-fatt possibbli li l-awtoritajiet kompetenti ma jipprovdux jew jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni konformement ma’ din id-direttiva. B’hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla f’idejn l-Istati Membri sabiex jiddeċiedu dwar in-natura u l-modalitajiet konkreti tar-rimedji disponibbli għall-persuni interessati kif ukoll dwar il-konsegwenzi li għandhom jirriżultaw minn ksur tad-drittijiet previsti mid-Direttiva 2012/13. |
|
50. |
Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam, huwa l-kompitu tal-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru, skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, li jindika l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni u li jirregola l-modalitajiet proċedurali tar-rimedji maħsuba sabiex jiżguraw is-salvagwardja tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża jiksbu mid-dritt tal-Unjoni. Għal dan l-għan, konformement mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali llum stabbilita fl-Artikolu 4(3) TUE, il-modalitajiet proċedurali tar-rikorsi maħsuba sabiex jiżguraw is-salvagwardja tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża jiksbu mid-dritt tal-Unjoni ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikorsi simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma għandhomx jirrendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività). Dawn ir-rekwiżiti ta’ ekwivalenza u ta’ effettività jesprimu l-obbligu ġenerali tal-Istati Membri li jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża jiksbu mid-dritt tal-Unjoni, inklużi d-drittijiet tad-difiża ( 32 ). |
Fuq il‑prinċipju ta’ ekwivalenza
|
51. |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, xejn fil-proċess li huwa għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma juri, a priori, li dan il-prinċipju ma ġiex osservat permezz tal-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 385 taċ-CPP fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 2012/13. Fil-fatt, dan l-artikolu, kif interpretat fil-prassi ġudizzjarja kkritikata, jirregola l-kundizzjonijiet li fihom nullità tal-proċedura tista’ tiġi invokata quddiem il-qorti kriminali, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk din in-nullità tirriżultax mill-ksur ta’ dritt individwali msejjes fuq dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jew inkella fuq dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ( 33 ). |
Fuq il‑prinċipju ta’ effettività
|
52. |
Għal dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ effettività, għandu jitfakkar li d-dritt tal‑Unjoni ma għandux l-effett li jġiegħel lill-Istati Membri jistabbilixxu rimedji legali differenti minn dawk stabbiliti mid-dritt intern, sakemm, madankollu, mill‑istruttura tal-ordinament ġuridiku nazzjonali inkwistjoni ma jirriżultax li ma jeżisti ebda rimedju ġudizzjarju li jippermetti, anki jekk b’mod inċidentali, li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, jew li l-uniku mod ta’ aċċess għal qorti huwa li l-partijiet fil-kawża jiġu mġiegħla jiksru l-liġi ( 34 ). |
|
53. |
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li kull każ li fih tqum il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tagħmilx impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi analizzat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-pożizzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura fl-intier tagħha, l-iżvolġiment tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha, quddiem id-diversi istanzi nazzjonali. F’dan id-dawl, hemm lok, b’mod partikolari, li jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont il-każ, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħal ma huma l-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju taċ-ċertezza legali u l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura ( 35 ). |
|
54. |
Skont il-kliem ta’ din il-ġurisprudenza, l-evalwazzjoni tal-osservanza tal-prinċipju ta’ effettività ma teħtieġx l-analiżi tar-rimedji ġuridiċi kollha li jeżistu fi Stat Membru, iżda analiżi kuntestwalizzata tad-dispożizzjoni li allegatament tippreġudika dan il-prinċipju, li jista’ jimplika l-analiżi ta’ dispożizzjonijiet proċedurali oħrajn li huma applikabbli fil-kuntest tar-rimedju li n-natura effettiva tiegħu hija mqiegħda f’dubju jew dak ta’ rimedji li għandhom l-istess għan bħal dan tal-aħħar ( 36 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li għaldaqstant, is-sentenzi mogħtija huma biss ir-riżultat ta’ evalwazzjonijiet fuq bażi każ b’każ, b’kunsiderazzjoni tal-kuntest fattwali u ġuridiku kollu relattiv għal kull kawża, li ma jistgħux jiġu trasposti awtomatikament f’oqsma differenti minn dawk li fil-kuntest tagħhom ikunu ngħataw ( 37 ). |
|
55. |
Jidhirli li huwa importanti li tiġi enfasizzata d-diffikultà li tali evalwazzjoni tirrappreżenta fir-rigward tal-metodu li bih titressaq kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, f’dan il-każ ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari. F’dan il-kuntest, fil-fatt, hemm lok li jsir riferiment b’mod prijoritarju għad-deċiżjoni tar-rinviju sabiex tinkiseb konjizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, informazzjoni li tiġi kkompletata, fil-każ ta’ natura inkompleta ta’ din id-deċiżjoni bħal fil-każ ineżami, mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet interessati kif ukoll, fejn applikabbli, mill-kliem tad-diskussjoni waqt is-seduta. F’dan il-każ, il-kuntestwalizzazzjoni meħtieġa jidhirli li għandha tinkludi diversi dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali. |
|
56. |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tar-rwol tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fi Franza, il-Gvern Franċiż isostni li mid-dispożizzjonijiet rilevanti taċ-CPP ( 38 ) jirriżulta li dan tal-aħħar għandu l-missjoni li jirrikonċilja d-difiża tal-interessi ġenerali tas-soċjetà, billi jwettaq il-prosekuzzjoni tal-ksur skont il-liġi kriminali, mal-osservanza tal-libertajiet individwali, sa fejn huwa gwardjan tad-drittijiet tal-partijiet fil-kawża matul il-proċedura kollha. Għalkemm huwa minnu li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati tad-Direttiva 2012/13 ma timplikax, f’sens strett, evalwazzjoni tal-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja”, jeħtieġ madankollu li tiġi enfasizzata n-natura kontroversjali ħafna ta’ tali klassifikazzjoni fir-rigward tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Franċiż. |
|
57. |
Mitluba tagħti deċiżjoni dwar il-kapaċità ta’ dan tal-aħħar li jikkontrolla b’mod validu l-miżuri ta’ detenzjoni mill-pulizija fis-sens tal-Artikolu 5(3) tal-KEDB, li skontu “[k]ull min ikun arrestat jew detenut […] għandu jinġieb minnufih quddiem imħallef jew funzjonarju ieħor awtorizzat b’liġi biex jeżerċita setgħa ġudizzjarja […]”, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), filwaqt li ispirat ruħha mill-ġurisprudenza tal-Qorti EDB ( 39 ), iddeċidiet li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, sa fejn ma jiżgurax il-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità u sa fejn huwa parti li tmexxi l-prosekuzzjoni, ma huwiex awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-artikolu ċċitat iktar ’il fuq ( 40 ). Għall-kuntrarju, il-Conseil constitutionnel (il-Kunsill Kostituzzjonali, Franza) dejjem ikkunsidra li l-awtorità ġudizzjarja li tiżgura l-osservanza tal-libertà individwali tinkludi kemm il-maġistrati sedenti kif ukoll l-prosekuturi, u li l-kontroll tal-ewwel 48 siegħa ta’ detenzjoni mill-pulizija mwettaq mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ma jmurx kontra l-Kostituzzjoni ( 41 ). Inżid ma’ dan li, għalkemm l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Franċiż ġie rrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja bil-kwalità ta’ awtorità ġudizzjarja, dan sar esklużivament fil-kuntest speċifiku tal-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-membri tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, li, fi Franza, għandhom il-kwalità ta’ maġistrati, jaġixxu b’mod indipendenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet inerenti għall-ħruġ ta’ tali mandat ( 42 ). |
|
58. |
Lil hinn mir-relattiviżmu ġuridiku fir-rigward tad-definizzjoni ta’ awtorità ġudizzjarja, inkluż fi ħdan l-istess Stat, u mill-konstatazzjoni korrelattiva tad-diffikultà oġġettiva li tirriżulta minn dan fir-rigward tal-konoxxenza ta’ sistema legali nazzjonali, jidhirli li huwa diffiċli, f’dan il-kuntest, li jiġi kkunsidrat li l-kontroll preventiv imwettaq mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Franċiż, f’dan il-każ difettuż, huwa ta’ natura li jiżgura, waħdu, l-effettività tal-protezzjoni ggarantita mid-Direttiva 2012/13. |
|
59. |
Fit-tieni lok, mill-osservazzjonijiet bil-miktub u orali tal-Gvern Franċiż jirriżulta li d-dritt għal avukat huwa ggarantit matul il-proċedura kriminali kollha kemm hija ( 43 ), punt li barra minn hekk huwa paċifiku f’din il-kawża, u huwa ffaċilitat mid-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna legali, li jippermettu li persuni mingħajr riżorsi jew li għandhom dħul modest jiksbu, mill-Istat, it-teħid ta’ responsabbiltà totali jew parzjali għall-ispejjeż tal-proċedura fosthom l-onorarji tal-avukat, u tal-ħatra ta’ avukat tal-għajnuna legali, li permezz tagħha avukat jiġi maħtur mill-president tal-kamra tal-avukati jew mill-President tal-qorti sabiex jassisti parti fil-kawża fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, jew fuq talba tal-parti fil-kawża, peress li ma għandhiex jew li ma kellhiex il-ħin li tagħżel wieħed, jew inkella peress li l-proċedura teżiġi l-preżenza ta’ avukat u l-parti fil-kawża ma għandhiex wieħed. |
|
60. |
Fir-rigward tar-rwol tal-avukat, nirrileva li, fi tmiem kull intervista mal-persuna taħt detenzjoni mill-pulizija u ta’ kull seduta jew konfrontazzjoni li jkun assista għaliha, l-avukat jista’ jippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub, li jiġu mehmuża mal-proċedura, u jibgħathom lill-Prosekutur tar-Repubblika matul il-perijodu ta’ detenzjoni mill-pulizija. Madankollu, l-avukat jista’, b’mod partikolari, jikkonsulta l-proċess verbal li jikkonstata n-notifika tat-tqegħid taħt detenzjoni mill-pulizija u tad-drittijiet marbuta magħha, u dan jippermettilu li jivverifika l-osservanza tagħhom, inkluża l-osservanza ratione temporis ( 44 ). |
|
61. |
Waqt is-seduta tas-sentenza fuq il-mertu ( 45 ), il-preżenza ta’ avukat hija obbligatorja għal ċerti proċeduri, bħal dawk tal-komparizzjoni immedjata li tinvolvi l-għoti ta’ sentenza f’terminu qasir ħafna wara l-fatti li taw lok għall-akkuża, fuq ammissjoni minn qabel ta’ ħtija, quddiem il-cour d’assises (il-Qorti tal-Assiżi, Franza) li tagħti sentenzi fuq id-delitti u fil-proċeduri kriminali kollha li jikkonċernaw lil minuri. Meta l-avukat ma huwiex obbligatorju, il-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha, tkun assistita jew irrappreżentata minn avukat tal-għażla tagħha jew titlob avukat tal-għajnuna legali, fejn xieraq fl-istess jum tas-seduta. Jeħtieġ jitfakkar li, jekk l-eċċezzjoni ta’ nullità tal-proċedura ma tkunx tqajmet fl-ewwel istanza minn imputat li ma jidhirx quddiem il-qorti jew li ma huwiex irrappreżentat, dan ikollu l-istess fakultà fl-appell. |
|
62. |
Fit-tielet lok, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-artikolu preliminari taċ-CPP jinkludi paragrafu li jistabbilixxi li, fil-qasam kriminali u korrettiv, ma tista’ tingħata l-ebda kundanna kontra persuna li tkun ibbażata unikament fuq dikjarazzjonijiet li hija għamlet mingħajr ma tkun ikkonsultat ma’ avukat u mingħajr ma tkun assistita minnu. Barra minn dan u fuq kollox, bil-liġi tat‑22 ta’ Diċembru 2021, li daħlet fis-seħħ fil‑31 ta’ Diċembru tal-istess sena, l-artikolu msemmi iktar ’il fuq jinkludi paragrafu ġdid li jipprevedi li: “[f]il-qasam ta’ delitti u delitti gravissimi, id-dritt li persuna tibqa’ siekta dwar il-fatti li jiġu allegati fil-konfront tagħha għandu jiġi nnotifikat lil kull persuna suspettata jew mixlija qabel kull ġbir tal-osservazzjonijiet tagħha u qabel kull interrogazzjoni, inklużi dawk sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-personalità tagħha jew sabiex tingħata deċiżjoni dwar miżura ta’ garanzija, fl-okkażjoni tal-ewwel dehra tagħha quddiem dipartimenti tal-investigazzjoni, maġistrat, qorti jew kull persuna jew dipartiment ieħor iddelegat minn awtorità ġudizzjarja. Ma tista’ tingħata l-ebda kundanna li tkun ibbażata unikament fuq dikjarazzjonijiet magħmula mingħajr ma jkun ġie nnotifikat l-imsemmi dritt”. |
|
63. |
Dawn id-dispożizzjonijiet huma essenzjali sa fejn jippermettu li jiġi rrimedjat awtomatikament il-ksur tad-dritt tas-suspettati jew tal-persuni mixlija li jiġu informati bid-drittijiet tagħhom previsti fid-Direttiva 2012/13, fir-rigward b’mod partikolari tad-drittijiet għal assistenza minn avukat u li jibqgħu siekta, billi “jinnewtralizzaw” id-dikjarazzjonijiet tal-persuni interessati miġbura b’mod irregolari matul il-fażi tal-investigazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tar-responsabbiltà kriminali tagħhom. |
|
64. |
Fir-raba’ lok, għalkemm huwa stabbilit li l-kulleġġ ġudikanti ma għandux is-setgħa li jirrileva ex officio in-nullità tal-proċessi verbali stabbiliti b’mod legali, huwa għandu jislet mill-irregolarità kkonstatata nuqqas ta’ saħħa probatorja ta’ dawn tal-aħħar. B’hekk, l-Artikolu 429 taċ-CPP, invokat waqt is-seduta, jipprovdi li kull proċess verbal jew rapport ikollu valur probatorju biss jekk ikun regolari fil-forma, jekk l-awtur tiegħu jkun aġixxa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu u rrapporta dwar kwistjoni li taqa’ taħt il-kompetenza tiegħu ( 46 ). L-atti irregolari ma għandhom igawdu minn ebda saħħa probatorja. Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju għandha twarrab l-atti irregolari tal-proċeduri billi ċċaħħadhom minn kull saħħa probatorja, filwaqt li qiegħed jiġi osservat li t-telf tas-saħħa probatorja ta’ proċess verbal ma jirriżultax mill-annullament tiegħu. Hija tista’, skont l-evalwazzjoni tagħha tal-elementi tal-proċess li jibqgħu validi, tiddeċiedi skont il-konvinzjoni sħiħa tagħha li tillibera, fejn xieraq, liż-żewġ imputati. Għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tippermetti li jiġu esklużi informazzjoni u provi miksuba bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2012/13. B’hekk l-irregolarità kkonstatata ma tibqax mingħajr rimedju ( 47 ). |
|
65. |
B’hekk jidher li l-eżistenza, fl-ordinament ġuridiku Franċiż, ta’ tali regoli proċedurali tiggarantixxi l-effettività tad-dritt tal-Unjoni u li l-projbizzjoni imposta fuq il-qorti tar-rinviju milli tirrileva ex officio eċċezzjoni ta’ nullità tal-proċedura bbażata fuq il-fatt li ż-żewġ imputati ġew informati b’mod tardiv bid-dritt tagħhom li jibqgħu siekta, raġuni għal nullità ta’ ordni privat, ma tiksirx il-prinċipju ta’ effettività, sa fejn din ir-regola ma hijiex, minnha nnifisha, ta’ natura li tirrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li s-suspettati jew il-persuni mixlija jisiltu mill-Artikolu 3(1)(e), u mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2012/13, moqrija flimkien mal-Artikolu 8(2) ta’ din tal-aħħar. |
|
66. |
Din il-konklużjoni ma tistax titpoġġa f’dubju fid-dawl tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48(2) tal-Karta. F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi osservat li, meta l-partijiet fil-kawża jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni kkonċernat, rimedju ġudizzjarju li jippermetti li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet li huma jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, kif jidhirli li huwa l-każ fl-ordinament ġuridiku Franċiż, regola tad-dritt nazzjonali li tipprekludi lill-qorti li tagħti s-sentenza milli tqajjem ex officio eċċezzjoni ta’ nullità tal-proċedura abbażi tal-ksur ta’ dispożizzjonijiet li jipproteġu l-interess privat ta’ dawn il-persuni ma tistax tiġi analizzata bħala limitazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, tad-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq u lanqas tad-drittijiet tad-difiża ggarantiti rispettivament mill-Artikolu 47 u mill-Artikolu 48(2) tal-Karta ( 48 ). |
|
67. |
Għaldaqstant, l-interpretazzjoni proposta tad-dritt tal-Unjoni jidhirli li hija kompatibbli mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti EDB marbuta mal-kwistjoni tal-eżami ex officio. |
Fuq il‑ġurisprudenza Ewropea fil‑qasam tal‑eżami ex officio
Fuq il‑ġurisprudenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
68. |
Fil-kawżi ċivili u amministrattivi, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li d-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività, ma jeħtieġx, bħala prinċipju, li l-qrati nazzjonali jqajmu ex officio motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt, indipendentement mill-importanza ta’ dawn tal-aħħar għall-ordinament ġuridiku Ewropew, meta l-eżami ta’ dan il-motiv jobbligahom imorru lil hinn mil-limiti tat-tilwima ddefiniti mill-partijiet, billi jibbażaw ruħhom fuq fatti u ċirkustanzi differenti minn dawk li fuqhom il-parti li għandha interess li tapplika l-imsemmija dispożizzjonijiet ibbażat it-talba tagħha. Din il-limitazzjoni tas-setgħat tal-qorti nazzjonali hija ġġustifikata mill-prinċipju li jistabbilixxi li l-inizjattiva ta’ proċess tappartjeni lill-partijiet u li, konsegwentement, meta d-dritt proċedurali nazzjonali joffri lill-parti kkonċernata possibbiltà reali li tqajjem motiv ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni, il-qorti nazzjonali tista’ biss taġixxi ex officio f’każijiet eċċezzjonali fejn l-interess pubbliku jeżiġi l-intervent tagħha ( 49 ). |
|
69. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll ( 50 ) li din il-ġurisprudenza ma tistax titpoġġa f’dubju minn dik li tirriżulta mis-sentenzi tal‑14 ta’ Diċembru 1995, Peterbroeck (C‑312/93, EU:C:1995:437), u tas‑27 ta’ Ġunju 2000, Océano Grupo Editorial (C‑240/98, EU:C:2000:346), imsemmija fid-deċiżjoni tar-rinviju, li hija kkaratterizzata rispettivament, miċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża li jwasslu sabiex iċaħħdu lir-rikorrent fil-kawża prinċipali mill-possibbiltà li jsostni b’mod utli l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni u hija ġġustifikata min-neċessità li tiġi żgurata lill-konsumatur il-protezzjoni effettiva prevista mid-Direttiva 93/13 ( 51 ). |
|
70. |
Huwa stabbilit li l-qasam tal-klawżoli inġusti kkostitwixxa l-bieb tad-dħul tal-iżvilupp tal-awtorità tal-qorti nazzjonali fid-dritt tal-konsumatur, li ngħatat, inizjalment, is-setgħa u, sussegwentement, id-dmir li teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali ( 52 ). Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sistema ta’ protezzjoni implimentata mid-Direttiva 93/13 hija bbażata fuq l-idea li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità fil-konfront tal-bejjiegħ jew tal-fornitur kemm fir-rigward tas-setgħa ta’ negozjati kif ukoll fir-rigward tal-livell ta’ informazzjoni, sitwazzjoni li twasslu sabiex jaderixxi mal-kundizzjonijiet redatti minn qabel mill-bejjiegħ jew mill-fornitur, mingħajr ma jkun jista’ jeżerċita influwenza fuq il-kontenut ta’ dawn tal-aħħar. Fir-rigward ta’ din is-sitwazzjoni ta’ inferjorità, l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li l-klawżoli inġusti ma jorbtux lill-konsumaturi. Din hija dispożizzjoni obbligatorja li hija intiża li tissostitwixxi l-bilanċ formali stabbilit mill-kuntratt bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti b’bilanċ reali ta’ natura li jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza bejn dawn tal-aħħar ( 53 ). |
|
71. |
F’dan ir-rigward, il-qorti nazzjonali għandha tevalwa ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 u, meta tagħmel dan, għandha tirrimedja l-iżbilanċ li jeżisti bejn il-konsumatur u l-bejjiegħ jew il-fornitur, meta jkollha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt meħtieġa għal dan il-għan. Barra minn hekk, id-Direttiva 93/13 timponi fuq l-Istati Membri, bħalma jirriżulta mill-Artikolu 7(1) tagħha, moqri flimkien mal-erba’ u għoxrin premessa tagħha, l-obbligu li jipprovdu mezzi adegwati u effettivi sabiex jintemm l-użu ta’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi minn bejjiegħ jew minn fornitur. Huwa b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 6(1), kif ukoll tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, li huwa assjem leġiżlattiv li ma jeżistix l-ekwivalenti tiegħu fid-Direttiva 2012/13, li l-Qorti tal-Ġustizzja rregolat il-mod kif il-qorti nazzjonali għandha tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet li l-konsumaturi jisiltu minn din id-direttiva, filwaqt li speċifikat li l-protezzjoni tal-konsumatur ma hijiex assoluta ( 54 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk speċifikat li l-osservanza tal-prinċipju ta’ effettività ma tistax madankollu tasal sabiex teżiġi li qorti nazzjonali għandha mhux biss tikkumpensa ommissjoni proċedurali ta’ konsumatur li ma jafx id-drittijiet tiegħu, iżda wkoll li tirrimedja għal kollox il-passività totali tal-konsumatur ikkonċernat ( 55 ). |
|
72. |
Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra possibbli traspożizzjoni tal-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq għall-proċedura tal-kawża prinċipali billi teċepixxi b’mod iktar partikolari s-sitwazzjoni kondiviża ta’ inferjorità tal-konsumaturi ( 56 ) u tal-imputati, approċċ li ma jidhirlix li jista’ jintlaqa’. Infakkar li l-kawża prinċipali taqa’ taħt il-qasam kriminali, qasam li ma għandu l-ebda konnessjoni mal-obbligi kuntrattwali u li fih kemm il-leġiżlatur kif ukoll il-qorti huma obbligati jiżguraw ir-rikonċiljazzjoni bejn il-prevenzjoni tal-ksur tal-ordni pubbliku, it-tfittxija tal-awturi tal-ksur u repressjoni ta’ dawn tal-aħħar, minn naħa, u d-drittijiet fundamentali tal-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni, min-naħa l-oħra, filwaqt li jiżguraw li l-proċedura titwettaq f’terminu raġonevoli. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa ta’ repressjoni, l-Istat għandu jipproteġi mhux biss l-interessi tal-vittmi tal-ksur, iżda wkoll l-interessi iktar ġenerali tas-soċjetà li jikkostitwixxu l-interess pubbliku f’sens wiesa’. |
|
73. |
F’dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali kienet adottat gradwalment strumenti legali li l-applikazzjoni kkoordinata tagħhom hija intiża sabiex issaħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri fir-rigward tal-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali rispettivi tagħhom bil-għan li jiġi żgurat ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni fl-Unjoni ta’ sentenzi f’materji kriminali sabiex tiġi evitata kwalunkwe impunità tal-awturi tal-ksur ( 57 ), filwaqt li tiġi ggarantita n-natura ekwa tal-proċedura kriminali. Id-Direttiva 2012/13 tifforma parti, kif jindikaw il-premessi 11, 12 u 14 ta’ din tal-aħħar, minn dan l-assjem ta’ strumenti legali li jikkonkretizzaw il-pjan direzzjonali, adottat mill-Kunsill fl‑2009, intiż sabiex isaħħaħ id-drittijiet tas-suspettati u tal-persuni mixlija matul din il-proċedura kollha ( 58 ). L-effett kumulattiv ta’ dawn l-istrumenti, miżjuda mad-dispożizzjonijiet tal-Karta, tal-KEDB u tal-ġurisprudenza tal-Qorti EDB kif ukoll mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, jagħtu protezzjoni reali u estiża lill-persuni interessati li l-istatus tagħhom għaldaqstant ma huwiex paragunabbli, inkluż fil-livell ta’ informazzjoni, ma’ dak ta’ konsumatur fir-relazzjoni kuntrattwali tiegħu ma’ bejjiegħ jew fornitur ( 59 ). F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidhirli li għandha tkun eskluża kull forma ta’ traspożizzjoni għal din il-kawża tas-soluzzjoni, applikata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/13, ta’ assimilazzjoni tar-regola Ewropea mar-regoli interni ta’ ordni pubbliku. |
|
74. |
Fl-aħħar, huwa neċessarju li tissemma, f’dan l-istadju, il-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonċerna r-rwol tal-qorti fil-kuntest, minn naħa, ta’ proċedura kriminali bbażata fuq informazzjoni jew provi miksuba bi ksur tar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 2002/58/KE ( 60 ), u, min-naħa l-oħra, ta’ proċedura ta’ stħarriġ tal-kundizzjonijiet ta’ legalità taż-żamma ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni. |
|
75. |
Fl-ewwel lok, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, interpretat fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, jimponi fuq il-qorti kriminali nazzjonali l-obbligu li twarrab informazzjoni u provi li jkunu nkisbu permezz ta’ żamma ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni ta’ data dwar it-traffiku u ta’ data dwar il-lokalizzazzjoni inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali miftuħa kontra persuni ssuspettati b’atti kriminali, jekk dawn il-persuni ma jkunux f’pożizzjoni li jikkummentaw b’mod effettiv dwar din l-informazzjoni u dwar dawn il-provi, li jkunu ġejjin minn qasam li dwaru l-imħallfin ma għandhomx informazzjoni u li jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinjifikattiv l-evalwazzjoni tal-fatti ( 61 ). Għalkemm, f’dan il-każ is-suġġett huwa l-prinċipju ta’ effettività applikat fi proċedura kriminali bħal fil-kawża prinċipali, din tal-aħħar ma tikkonċernax provi li joriġinaw minn qasam li dwaru l-imħallfin ma għandhomx informazzjoni li l-ammissibbiltà tagħhom tinvolvi riskju għall-osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju u, għaldaqstant, għar-rispett tad-dritt għal smigħ xieraq. |
|
76. |
Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħet u ddeċidiet li l-Artikolu 15(2) u (3) tad-Direttiva 2008/115/KE ( 62 ), l-Artikolu 9(3) u (5) tad-Direttiva 2013/33/UE ( 63 ) u l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 ( 64 ), moqrija flimkien mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-istħarriġ, minn awtorità ġudizzjarja, tal-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ legalità tad-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, għandu jwassal sabiex din l-awtorità tirrileva ex officio, abbażi tal-elementi tal-fajl miġjuba għall-attenzjoni tagħha, kif ikkompletati jew iċċarati waqt il-proċedura kontradittorja quddiemha, l-eventwali nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni ta’ legalità li ma ġiex invokat mill-persuna kkonċernata ( 65 ). |
|
77. |
Din is-soluzzjoni jidhirli li hija ddettata minn kuntest leġiżlattiv speċifiku, radikalment distint minn dak tal-każ preżenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja qabelxejn speċifikat li għalkemm id-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz tikkostitwixxi ndħil gravi fid-dritt għal-libertà, stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Karta, l-għan ta’ tali miżura, fis-sens tad-Direttiva 2008/115, tad-Direttiva 2013/33 u tar-Regolament Nru 604/2013, ma huwiex il-prosekuzzjoni jew ir-repressjoni ta’ reati kriminali. Il-Qorti tal-Ġustizzja, wara dan u fuq kollox, tosserva li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma llimitax ruħu li jistabbilixxi regoli komuni sostantivi dwar il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni, iżda stabbilixxa wkoll regoli komuni proċedurali, li għandhom l-għan li jiżguraw li teżisti, f’kull Stat Membru, sistema li tippermetti li l-awtorità ġudizzjarja kompetenti teħles, jekk ikun il-każ wara eżami ex officio, lill-persuna kkonċernata hekk kif jirriżulta li d-detenzjoni tagħha ma hijiex, jew ma għadhiex, legali ( 66 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat il-fatt li t-tqegħid taħt detenzjoni ordnata minn awtorità amministrattiva huwa suġġett għal stħarriġ ġudizzjarju jew ex officio, jew fuq talba tal-persuna kkonċernata, filwaqt li, fir-rigward taż-żamma tal-miżura, l-awtorità kompetenti hija obbligata twettaq dan l-istħarriġ ex officio, anki jekk il-persuna kkonċernata ma tressaqx talba f’dan is-sens. F’kuntest leġiżlattiv ikkaratterizzat mill-eżistenza ta’ konjizzjoni ex officio mill-qorti meta jkun jidher li l-kundizzjonijiet tal-legalità tad-detenzjoni ma humiex, jew ma għadhomx, sodisfatti, li jista’ jagħti lok għal proċedura li fiha l-persuna detenuta ma tidhirx għall-proċedura, kien fit-teorija diffiċilment konċepibbli li tinstab soluzzjoni oħra minbarra dik tal-eżami ex officio mill-qorti tal-inosservanza ta’ kundizzjoni ta’ legalità tad-detenzjoni “li ma ġietx invokata mill-persuna kkonċernata”. |
|
78. |
Huwa fid-dawl ta’ din ir-regolazzjoni stretta tal-miżura ta’ detenzjoni, imfakkar iktar ’il fuq, li l-Qorti tal-Ġustizzja warrbet il-ġurisprudenza abitwali tagħha dwar l-assenza a priori ta’ obbligu ta’ eżami ex officio fil-proċeduri amministrattivi li fihom japplika l-prinċipju dispożittiv u dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ effettività ( 67 ). Issa, f’dan il-każ, tali regolazzjoni mid-dritt tal-Unjoni, f’livell proċedurali, manifestament ma teżistix, punt li fl-opinjoni tiegħi jipprojbixxi kull forma ta’ traspożizzjoni tas-soluzzjoni magħżula fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni. |
Fuq il‑ġurisprudenza tal‑Qorti EDB
|
79. |
Meta teżamina lment ibbażat fuq l-Artikolu 6 tal-KEDB, il-Qorti EDB għandha essenzjalment tiddetermina jekk il-proċedura kriminali b’mod globali hijiex ta’ natura ekwa, skont iċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża. Għaldaqstant, l-osservanza tar-rekwiżiti tas-smigħ xieraq tiġi evalwata każ b’każ, fid-dawl tat-tmexxija tal-proċedura fl-intier tagħha u mhux fuq il-bażi tal-eżami iżolat ta’ punt jew inċident partikolari jew ieħor, minkejja li ma jistax jiġi eskluż li element partikolari tant ikun deċiżiv li jippermetti li jingħata ġudizzju dwar l-ekwità tal-proċess fi stadju bikri ( 68 ). Fid-dawl tan-natura tad-dritt li persuna ma tixhidx kontra tagħha nnifisha u tad-dritt li tibqa’ siekta, l-istess qorti tqis li, bħala prinċipju, ma jistax ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ notifika ta’ dawn id-drittijiet lil persuna ssuspettata. Madankollu, fil-każ li din tal-aħħar ma tkunx ġiet informata, hija għandha tivverifika jekk, minkejja dan id-difett, il-proċedura fl-intier tagħha kienet xierqa ( 69 ). |
|
80. |
Din l-evalwazzjoni globali tista’ tinkludi l-verifika tal-effettività tal-assistenza legali li d-dritt għaliha huwa ggarantit mill-Artikolu 6(3)(c) tal-KEDB. Il-Qorti EDB tikkunsidra li, konformement mal-indipendenza tal-kamra tal-avukati fil-konfront tal-Istat, it-tmexxija tad-difiża hija essenzjalment responsabbiltà tal-persuna mixlija u tal-avukat tagħha, kemm jekk dan ikun avukat tal-għajnuna legali jew inkella mħallas mill-klijent tiegħu. Madankollu, jekk l-assenza tal-avukat tal-għajnuna legali tkun tidher b’mod manifest jew tinġieb b’mod suffiċjenti għall-attenzjoni tal-awtoritajiet b’xi mod jew ieħor, dawn tal-aħħar jadottaw miżuri sabiex jiżguraw li l-persuna mixlija tibbenefika effettivament mid-dritt għall-assistenza legali. Madankollu l-Istat ma jistax jinżamm responsabbli għal kull nuqqas ta’ avukat maħtur għall-finijiet tal-għajnuna legali ( 70 ). |
|
81. |
B’hekk, ir-responsabbiltà tal-Istat tista’ tiġi stabbilita meta avukat sempliċement ma jkunx kapaċi jaġixxi f’isem il-persuna mixlija ( 71 ) jew ma josservax sempliċi regola purament formali meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ rikors, mingħajr ma dan jista’ jitqies bħala ekwivalenti għal imġiba żbaljata jew sempliċi difett fl-argument li ma jistgħux jiġġeneraw l-imsemmija responsabbiltà, fejn il-Qorti EDB semmiet ukoll, abbażi ta’ assjem ta’ ċirkustanzi, il-fatt li r-rikorrent kien barrani li ma kienx jaf il-lingwa tal-proċedura u kien jinsab affaċċjat b’akkużi li setgħu jwasslu għal piena sostanzjali ta’ priġunerija. F’dan l-aħħar imsemmi każ, il-Qorti EDB ikkunsidrat li l-qorti nazzjonali setgħet tistieden l-avukat tal-għajnuna legali sabiex jikkompleta jew jikkoreġi s-sottomissjoni tiegħu u mhux tiddikjara l-appell inammissibbli ( 72 ). |
|
82. |
Minbarra l-fatt li r-rwol tal-Qorti EDB huwa li tiddeċiedi l-kawżi li tiġi adita bihom, u mhux li tippronunzja ruħha in abstracto jew li tarmonizza s-sistemi legali differenti, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża ( 73 ), nirrileva li s-sitwazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, li jikkorrispondu għal approċċ restrittiv, huma differenti miċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li d-dritt li persuna tiġi informata bid-drittijiet proċedurali u b’dak li tibqa’ siekta huma drittijiet personali li huma għad-dispożizzjoni libera tad-detenturi tagħhom, u huma biss il-persuni mixlija u l-konsulenti legali tagħhom li jiddeterminaw l-istrateġija tad-difiża li tista’ tinkludi n-nuqqas ta’ invokazzjoni ta’ ksur ta’ dawn id-drittijiet għal raġunijiet rispettivi tal-persuni kkonċernati ( 74 ). Din is-sitwazzjoni ma tistax, fiha nnifisha, tiġi neċessarjament assimilata għal dik ta’ “nuqqas manifest” li tirrikjedi miżuri pożittivi min-naħa tal-qorti kompetenti ( 75 ). Waqt is-seduta tas-sentenza, il-qorti ma għandhiex tissostitwixxi ruħha għall-partijiet fl-għażla tal-istrateġiji tad-difiża tagħhom. |
Konklużjoni intermedja
|
83. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, qiegħed jiġi propost li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2012/13, kif ukoll l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2012/13, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48(2) tal-Karta u fid-dawl tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, ma jipprekludux l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lil qorti, matul il-fażi tas-sentenza mhux ippreċeduta minn istruttorja preparatorja, milli tirrileva ex officio l-ksur tad-dritt tal-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni li tiġi informata bid-dritt tagħha li tibqa’ siekta. |
|
84. |
Id-domanda tad-drittijiet nazzjonali ( 76 ) ma jidhirlix li għandha twassal għal interpretazzjoni oħra. ’Il bogħod milli tirrifletti s-summa divisio klassika bejn is-sistema akkużatorja u sistema inkwiżitorja li timplika, rispettivament, rwol allegatament passiv jew attiv tal-qorti, ħarsa trasversali lejn id-diversi ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tenfasizza l-interpenetrazzjoni ta’ dawn iż-żewġ sistemi kif ukoll id-diversità u l-kumplessità tal-proċeduri kriminali, imsejsa fuq kombinazzjonijiet ta’ regoli, fatt li jirrendi l-eżerċizzju komparattiv delikat u anki relattiv. Irrispettivament minn jekk jipprevedux jew ma jipprevedux mekkaniżmi ta’ sanzjonijiet, kultant awtomatiċi, tal-ksur tad-dritt għall-informazzjoni bbażati fuq regoli ta’ ammissibbiltà tal-provi jew ta’ nullità tal-atti proċedurali irregolari, is-sistemi nazzjonali jistgħu b’hekk jiddefinixxu b’severità ikbar jew inqas ir-rwol mogħti lill-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni, u b’mod korrelattiv lill-qorti, fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-mekkaniżmi. |
|
85. |
Xorta jibqa’ l-fatt li l-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali kollha meħuda inkunsiderazzjoni jistabbilixxu s-sistema tal-libertà tal-prova, li tirreferi għal dik tal-qorti fl-evalwazzjoni ta’ din tal-aħħar, u li, għalkemm dawn l-ordinamenti ġuridiċi jistgħu jsegwu rimedji proċedurali differenti, huma lkoll jikkondividu l-istess tħassib jew l-istess għan, jiġifieri li att proċedurali irregolari, bħala dak li jirriżulta minn ksur tad-dritt li l-persuna tiġi informata, b’mod partikolari, bid-dritt tagħha li tibqa’ siekta, ma jingħatax effett. Kif ġustament issemma fin-Nota ta’ riċerka 22/006, fin-nuqqas tal-eliminazzjoni formali ta’ prova mill-qorti, difett proċedurali li jirriżulta fil-kuntest tal-kisba ta’ din il-prova dejjem jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tad-deċiżjoni fuq il-mertu, fir-rigward tal-valur probatorju ta’ din il-prova, punt li esponejt speċifikament fil-punti preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet fir-rigward tal-ordinament ġuridiku Franċiż. |
|
86. |
Għaldaqstant huwa neċessarju u anki xieraq li l-Qorti tal-Ġustizzja tadotta soluzzjoni li tirrikonoxxi fakultà, jew li saħansitra timponi fuq il-qorti obbligu ta’ eżami ex officio li fir-rigward tiegħu huwa impossibbli, fis-sitwazzjoni attwali, li jitkejlu l-konsegwenzi tiegħu fuq l-arkitetturi sottili tal-proċeduri nazzjonali, li kollha kemm huma jesprimu t-tiftix ta’ bilanċ, daqshekk diffiċli li jinstab, bejn in-neċessitajiet tar-ripressjoni tal-ksur u d-drittijiet għal smigħ xieraq tal-persuni suġġetti għal prosekuzzjoni ( 77 ), u fuq l-organizzazzjonijiet ġudizzjarji nazzjonali ( 78 )? Barra minn hekk, l-implimentazzjoni mill-qorti tal-eżami ex officio tista’ evidentement tiġi konċepita biss fl-osservanza stretta tal-prinċipju ta’ kontradittorju, fatt li jista’ jwassal għal estensjoni tal-proċedura ( 79 ). |
|
87. |
Ma jidhirlix li tali soluzzjoni hija neċessarja sabiex tiġi kkonfermata l-leġittimità tal-fiduċja reċiproka li jippreżumi r-rikonoxximent reċiproku. Huwa stabbilit li d-dritt tal-Unjoni huwa kunsiderevolment żviluppat fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja kriminali, sal-punt li llum huwa possibbli li jiġi invokat aquis jew patrimonju komuni importanti li ppermetta allinjament ’il fuq tas-sistemi ġuridiċi nazzjonali f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet proċedurali tas-suspettati jew tal-persuni suġġetti għal prosekuzzjoni u progressjoni reali tal-integrazzjoni ta’ dawn is-sistemi fl-Unjoni. F’dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi enfasizzat, kif għamel, minn naħa l-Gvern Franċiż, li l-problema f’dan il-każ ma hijiex li tinstab, fil-kuntest ta’ psewdokompetizzjoni bejn l-Istati, is-sistema nazzjonali li tiżgura l-aqwa protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet ( 80 ) u, kif għamlet min-naħa l-oħra d-duttrina, li ma jeżisti l-ebda dritt suġġettiv li persuna tibbenefika mis-sistema li tipproteġi l-iktar id-drittijiet individwali ( 81 ). |
|
88. |
Fir-rigward tal-kwistjoni li tesprimi l-aspetti speċifiċi tas-sistemi legali nazzjonali, li l-awturi tat-Trattati impenjaw ruħhom li jippreżervaw ( 82 ), u tal-interpretazzjoni ta’ direttiva li litteralment tirriżerva lis-suspettati jew lill-persuni suġġetti għal prosekuzzjoni jew lill-avukat tagħhom il-kompitu li jitolbu ssanzjonar tal-ksur tad-drittijiet inklużi fihom, jidhirli li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun prudenti u li tinkwieta dwar l-aċċettabbiltà tar-risposta tagħha mill-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali ( 83 ). Skont il-filosofu u kittieb Franċiż tal-Illuminazzjoni, Montesquieu, “xi kultant ikun neċessarju li jinbidlu ċerti liġijiet. Iżda l-każ huwa wieħed rari; u meta jirriżulta, għandu jintmess biss b’id li titriegħed” ( 84 ) [traduzzjoni libera]. Fil-każ preżenti u applikata għall-proċess pretorjan, din it-twissija għandha twassal, fi kwalunkwe każ, għaċ-ċaħda tas-soluzzjoni tal-obbligu tal-eżami ex officio li ttaqqal iktar il-kompiti tal-qrati nazzjonali, li huma affaċċjati b’applikazzjoni simultanja tar-regoli interni, tad-dritt primarju u sekondarju tal-Unjoni, fosthom il-Karta, u ta’ regoli li jirriżultaw minn konvenzjoni fosthom il-KEDB, li joperaw f’sitwazzjonijiet istituzzjonali kkaratterizzati minn diskrepanzi qawwija ( 85 ) u li jġorru r-riskju tal-istabbiliment tar-responsabbiltà fir-rigward tal-kompitu tagħhom tal-legalità. Dan għaliex, wara tfakkira żgħira dwar l-element uman inevitabbli tal-proċess ġudizzjarju, il-qorti hija daqstant fallibbli daqs l-atturi l-oħrajn tal-proċess kriminali b’tali mod li ma għandux ikun hemm tneħħija tar-responsabbiltà. |
Konklużjoni
|
89. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej lit-Tribunal correctionnel de Villefranche-sur-Saône (il-Qorti Kriminali ta’ Villefranche-sur-Saône, Franza): L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2012/13, kif ukoll l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU 2012, L 142, p. 1), moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li: li ma jipprekludux l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprekludi lil qorti, matul il-fażi tas-sentenza mhux ippreċeduta minn istruttorja preparatorja, li tirrileva ex officio l-ksur tad-dritt tal-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni li tiġi informata bid-dritt tagħha li tibqa’ siekta, dment li r-regoli tal-proċedura nazzjonali jiggarantixxu, minn naħa, id-dritt ta’ aċċess tas-suspettati u tal-persuni suġġetti għal prosekuzzjoni għal avukat qabel u waqt il-fażi tas-sentenza u, min-naħa l-oħra, it-teħid inkunsiderazzjoni tan-natura illegali tal-atti proċedurali mwettqa jew tal-provi miksuba bi ksur ta’ dan id-dritt permezz ta’ mekkaniżmi ta’ nullità jew ta’ inammissibbiltà ta’ dawn tal-aħħar jew waqt l-evalwazzjoni tas-saħħa probatorja ta’ dawn tal-aħħar. |
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) Dikjarazzjoni Nru 52 inkorporata fit-Trattat ta’ Lisbona ffirmata minn 16 mis‑27 Stat Membru.
( 3 ) Weyembergh, A., “L’harmonisation des procédures pénales au sein de l’Union européenne”, Archives de politique criminelle, no 26, éd. Pédone, 2004 (https://www.cairn.info/revue-archives-de-politique-criminelle-2004-1-page-37.htm).
( 4 ) Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU 2012, L 142, p. 1).
( 5 ) Il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), 6 ta’ Frar 2018, Appell Nru 17‑82826.
( 6 ) C‑312/93, EU:C:1995:437.
( 7 ) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
( 8 ) Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).
( 9 ) Il-frażi “annullament tal-proċedura” tista’ tagħti lok għal konfużjoni, fis-sens li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), il-portata ta’ annullament, li taqa’ taħt l-evalwazzjoni tal-qorti, hija rregolata mill-kriterju ta’ att li jservi ta’ bażi neċessarja. Fi kliem ieħor, l-annullament ikopri biss dawk l-atti li tagħhom l-att annullat jew l-anness annullat jikkostitwixxi l-“bażi neċessarja” (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 2003, Appell Nru 03‑82.683).
( 10 ) Sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2019, Rayonna prokuratura Lom (C‑467/18, EU:C:2019:765, punti 51 u 52).
( 11 ) Sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2019, Rayonna prokuratura Lom (C‑467/18, EU:C:2019:765, punt 53).
( 12 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑12 ta’ Marzu 2020, VW (Dritt ta’ aċċess għal avukat fil-każ ta’ nuqqas ta’ dehra) (C‑659/18, EU:C:2020:201, punti 24 sa 26) dwar l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU 2013, L 294, p.1) li tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar f’termini kważi identiċi għal dawk tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/13 (sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2019, Rayonna prokuratura Lom (C‑467/18, EU:C:2019:765, punt 38)).
( 13 ) Sentenza tat‑23 ta’ Novembru 2021, IS (Illegalità tad-digriet tar-rinviju) (C‑564/19, EU:C:2021:949, punt 121).
( 14 ) Il-Qorti EDB, 13 ta’ Settembru 2016, Ibrahim et vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2016:0913JUD005054108, punt 272).
( 15 ) Anki jekk l-Artikolu 6 tal-KEDB ma jsemmihomx espliċitament, id-dritt li persuna tibqa’ siekta u d-dritt li ma tikkontribwixxix għall-inkriminazzjoni tagħha stess huma regoli internazzjonali rrikonoxxuti b’mod ġenerali, li huma fil-qalba tal-kunċett ta’ “smigħ xieraq” stabbilit f’dan l-artikolu. Billi l-KEDB hija intiża li tiggarantixxi drittijiet mhux teoretiċi u illużorji iżda konkreti u effettivi, il-Qorti EDB għalhekk tikkunsidra bħala inerenti għad-dritt li persuna ma tixhidx kontra tagħha nnifisha, għad-dritt li tibqa’ siekta u għad-dritt għal assistenza legali li kull “akkużat” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 6 jkollu d-dritt li jiġi informat b’dawn id-drittijiet (il-Qorti EDB, 13 ta’ Settembru 2016, Ibrahim et vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2016:0913JUD005054108, punti 266 u 272)).
( 16 ) Il-Qorti EDB, 13 ta’ Settembru 2016, Ibrahim et vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2016:0913JUD005054108, punt 266).
( 17 ) Infakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni prevista fl-Artikolu 267 TFUE, anki jekk formalment, il-qorti tar-rinviju tkun illimitat id-domanda tagħha għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni partikolari tad-dritt tal-Unjoni, tali ċirkustanza ma tipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li jkollha quddiemha, kemm jekk dik il-qorti tkun għamlet riferiment għalihom fid-domandi tagħha kif ukoll jekk ma tkunx għamlet dan. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tislet, mill-elementi kollha ppreżentati mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tal-imsemmi dritt li jkunu jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali (sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2022, TL (Assenza ta’ interpretu u ta’ traduzzjoni) (C‑242/22 PPU, EU:C:2022:611, punt 37)).
( 18 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2022, TL (Assenza ta’ interpretu u ta’ traduzzjoni) (C‑242/22 PPU, EU:C:2022:611, punt 42).
( 19 ) Sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2018, UBS Europe et (C‑358/16, EU:C:2018:715, punt 50).
( 20 ) Sentenza tat‑23 ta’ Novembru 2021, IS (Illegalità tad-digriet tar-rinviju) (C‑564/19, EU:C:2021:949, punt 101).
( 21 ) Din l-ispeċifikazzjoni jidhirli li għandha ssir sabiex tiġi kkaratterizzata l-proċedura fil-kawża prinċipali, li hija rregolata mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 385 taċ-CPP.
( 22 ) Nirrileva b’interess li l-leġiżlatur jista’ wkoll, abbażi tal-Artikolu 82(2) TFUE, jadotta regoli minimi dwar l-ammissibbiltà tal-provi bejn l-Istati Membri (punt (a)), id-drittijiet ta’ vittmi tal-kriminalità (punt (c)) u dwar elementi speċifiċi tal-proċedura kriminali minbarra dawk previsti fil-punti (a) sa (c) ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li l-elementi inkwistjoni jkunu ġew identifikati minn qabel permezz ta’ deċiżjoni adottata bl-unanimità mill-Kunsill, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ dan it-tielet tip ta’ regoli jixirqilhom li jiġu enfasizzati. Dan jgħodd ukoll għall-Artikolu 82(3) TFUE dwar il-possibbiltà li membru tal-Kunsill jopponi għal abbozz ta’ direttiva li, fl-opinjoni tiegħu, tkun ta’ ħsara għal aspetti fundamentali tas-sistema tal-ġustizzja kriminali tiegħu.
( 23 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Ġunju 2019, Moro (C‑646/17, EU:C:2019:489, punti 36 u 54) u, b’analoġija, is-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2018, Milev (C‑310/18 PPU, EU:C:2018:732, punt 47).
( 24 ) Sentenza tal‑11 ta’ Marzu 2020, SF (Mandat ta’ arrest Ewropew – Garanzija ta’ ritorn fl-Istat ta’ eżekuzzjoni) (C‑314/18, EU:C:2020:191, punti 35 u 36).
( 25 ) Opinjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KEDB), tat‑18 ta’ Diċembru 2014 (EU:C:2014:2454, punti 191 u 192).
( 26 ) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Nru 2002/584/ĠAI tat‑13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Nru 2009/299/ĠAI tas‑26 ta’ Frar 2009 (ĠU 2009, L 81, p. 24), iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni Qafas 2002/584”. Fis-sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja) (C‑216/18 PPU, EU:C:2018:586), il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-fakultà favur l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li ttemm il-proċedura ta’ konsenja fil-kuntest ta’ ksur allegat tad-dritt fundamentali tal-persuna kkonċernata għal smigħ xieraq li jirriżulta minn stħarriġ f’żewġ stadji, jiġifieri l-konstatazzjoni, abbażi ta’ elementi oġġettivi, affidabbli, preċiżi u debitament ivverifikati dwar il-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja fl-Istat Membru emittenti, dwar l-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi jew, tal-inqas iġġeneralizzati li jwasslu għal riskju reali ta’ ksur tal-kontenut essenzjali ta’ dan id-dritt u, jekk iva, il-verifika in concreto tal-eżistenza ta’ motivi serji u vverifikati sabiex wieħed jemmen li din il-persuna sejra tkun esposta għal tali riskju fil-każ li tiġi kkonsenjata lil dan l-Istat. Ir-rigorożità kbira ħafna ta’ dan l-istħarriġ juri l-importanza u l-qawwa tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku intiż sabiex jiġu eżegwiti d-deċiżjonijiet ta’ kundanna kif ikunu ġew mogħtija.
( 27 ) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas‑27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2008, L 327, p. 27). Ir-raġuni ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew użata fis-sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2018, Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja) (C‑216/18 PPU, EU:C:2018:586) tikkostitwixxi, mutatis mutandis, raġuni ta’ nuqqas ta’ trasferiment skont id-Deċiżjoni Qafas 2008/909.
( 28 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU 2008, L 220, p. 32). Ara s-sentenza tal‑5 ta’ Lulju 2018, Lada (C‑390/16, EU:C:2018:532, punti 37 u 38).
( 29 ) L-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ prinċipji hija evokata fil-punt 19 tad-deċiżjoni tar-rinviju.
( 30 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-1 ta’ Awwissu 2022, TL (Assenza ta’ interpretu u ta’ traduzzjoni) (C‑242/22 PPU, EU:C:2022:611, punt 78).
( 31 ) Ara l-punt 8 tad-deċiżjoni tar-rinviju.
( 32 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑18 ta’ Marzu 2010, Alassini et (C‑317/08 sa C‑320/08, EU:C:2010:146, punt 49); tas‑27 ta’ Ġunju 2013, Agrokonsulting‑04 (C‑93/12, EU:C:2013:432, punti 35 u 36) u tal‑1 ta’ Awwissu 2022, TL (Assenza ta’ interpretu u ta’ traduzzjoni) (C‑242/22 PPU, EU:C:2022:611, punt 75).
( 33 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-1 ta’ Awwissu 2022, TL (Assenza ta’ interpretu u ta’ traduzzjoni) (C‑242/22 PPU, EU:C:2022:611, punt 76). Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li r-regoli nazzjonali ta’ ordni pubbliku, marbuta mal-organizzazzjoni, il-kompożizzjoni u l-ġurisdizzjoni tal-qrati u li l-inosservanza tagħhom għandha tiġi rrilevata ex officio mill-qorti, evidentement ma għandhomx għan simili għal dak tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenzi tas‑7 ta’ Ġunju 2007, van der Weerd et (C‑222/05 sa C‑225/05, EU:C:2007:318, punti 29 u 30), u tas‑17 ta’ Marzu 2016, Bensada Benallal (C‑161/15, EU:C:2016:175)).
( 34 ) Sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Randstad Italia (C‑497/20, EU:C:2021:1037, punt 62).
( 35 ) Sentenzi tal‑14 ta’ Diċembru 1995, Peterbroeck (C‑312/93, EU:C:1995:437, punt 14); tas‑7 ta’ Ġunju 2007, van der Weerd et (C‑222/05 sa C‑225/05, EU:C:2007:318, punt 33) u tal‑11 ta’ Settembru 2019, Călin (C‑676/17, EU:C:2019:700, punt 42).
( 36 ) Sentenza tat‑28 ta’ Ġunju 2022, Il‑Kummissjoni vs Spanja (Ksur tar-dritt tal-Unjoni mil-leġiżlatur) (C‑278/20, EU:C:2022:503, punti 59 u 60).
( 37 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Novembru 2002, Cofidis (C‑473/00, EU:C:2002:705, punt 37).
( 38 ) Skont l-Artikolu 31 taċ-CPP, l-Uffiċċju tal-Prosekutur jeżerċita l-azzjoni pubblika u jeħtieġ l-applikazzjoni tal-liġi, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ imparzjalità li huwa marbut bih. Fil-funzjonijiet tiegħu ta’ direzzjoni tal-pulizija ġudizzjarja, konformement mal-Artikolu 39-3 taċ-CPP, huwa responsabbli mill-istħarriġ tal-legalità tal-mezzi implimentati mill-investigaturi, u jiżgura li l-investigazzjonijiet iwasslu għall-manifestazzjoni tal-verità u jitwettqu b’mod li jinkriminaw u jiskaġunaw, b’rispett tad-drittijiet tal-vittma, tal-lanjant u tal-persuna ssuspettata.
( 39 ) Il-Qorti EDB, 29 ta’ Marzu 2010, Medvedyev et vs Franza, CE:ECHR:2010:0329JUD000339403, u 23 ta’ Novembru 2010, Moulin vs Franza (CE:ECHR:2010:1123JUD003710406).
( 40 ) Sentenzi tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) tal‑15 ta’ Diċembru 2010 (Appell Nru 10-83.674) u tat‑18 ta’ Jannar 2011 (Appell Nru 10-84.980).
( 41 ) Conseil constitutionnel (il-Kunsill Kostituzzjonali), 30 ta’ Lulju 2010, QPC Nru 2010‑14/22.
( 42 ) Sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 2019, Parquet général du Grand-Duché de Luxembourg u Openbaar Ministerie (Prosekuturi ta’ Lyon u ta’ Tours) (C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU, EU:C:2019:1077, punti 52 sa 58).
( 43 ) Fis-sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2007, Ordre des barreaux francophones et germanophone et (C‑305/05, EU:C:2007:383, punt 31), il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li skont il-ġurisprudenza tal-Qorti EDB, il-kunċett ta’ “smigħ xieraq” previst fl-Artikolu 6 tal-KEDB huwa kkostitwit minn diversi elementi, li jinkludu, b’mod partikolari, id-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt ta’ aċċess għall-qrati kif ukoll id-dritt ta’ aċċess għal avukat kemm fil-qasam ċivili kif ukoll f’dak kriminali.
( 44 ) Ara l-Artikoli 63‑4‑3 u 64‑4‑3 taċ-CPP.
( 45 ) Jeħtieġ jitfakkar li, f’każ ta’ prosekuzzjonijiet b’taħrika prevista fl-Artikolu 390‑1 taċ-CPP, kif inhu il-każ taż-żewġ imputati inkwistjoni, l-Artikolu 388‑4 taċ-CPP jistabbilixxi li l-avukati tal-partijiet jistgħu jikkonsultaw il-proċess tal-proċedura fir-reġistru tal-qorti sa min-notifika pożittiva taċ-ċitazzjoni jew sa mhux iktar tard minn xahrejn min-notifika tat-taħrika u li, fuq talba tagħhom, il-partijiet jew l-avukat tagħhom jistgħu jingħataw kopja tal-atti tal-proċess.
( 46 ) Ara Murbach-Vibert, M., u Payen, H., “Relevé d’office des nullités et office du juge pénal”, AJ Pénal, Lyon, 2018, p. 403. Il-proċessi verbali, li jirrapportaw att bħal smigħ jew il-perkwiżizzjoni ta’ vettura, jiswew ta’ sempliċi informazzjoni bħala prinċipju u għaldaqstant jikkostitwixxu prova fost l-atti l-oħrajn tal-proċess mingħajr ebda valur superjuri. Għalhekk dawn jitħallew għall-evalwazzjoni libera tal-qorti u l-partijiet jistgħu jikkontestawhom b’mod liberu fil-kuntest ta’ dibattitu kontradittorju quddiem il-qorti li tagħti s-sentenza.
( 47 ) Kif sejrin naraw iktar ’il quddiem bl-analiżi komparattiv tad-drittijiet tal-Istati Membri, din id-dispożizzjoni tad-dritt Franċiż taqa’ taħt mekkaniżmi magħrufa ta’ dawn id-diversi Stati li jippermettu t-teħid inkunsiderazzjoni tan-natura illegali tal-atti proċedurali mwettqa jew tal-provi miksuba bi ksur tad-drittijiet proċedurali tas-suspettati jew ta’ persuni mixlija permezz ta’ mekkaniżmi ta’ nullità jew ta’ inammissibbiltà u/jew waqt l-evalwazzjoni tas-saħħa probatorja ta’ dawn l-atti jew provi.
( 48 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Randstad Italia (C‑497/20, EU:C:2021:1037, punt 57), u tas‑7 ta’ Lulju 2022, F. Hoffmann-La Roche et (C‑261/21, EU:C:2022:534, punt 57).
( 49 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑7 ta’ Ġunju 2007, van der Weerd et (C‑222/05 sa C‑225/05, EU:C:2007:318, punt 41) u tas‑26 ta’ April 2017, Farkas (C‑564/15, EU:C:2017:302, punti 32 u 33). Fil-konklużjonijiet fil-kawża Bensada Benallal, (C‑161/15, EU:C:2016:3, punt 42), dwar rikors kontra deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ residenza li waslet fl-istadju tal-proċedura tal-kassazzjoni, l-Avukat Ġenerali Mengozzi, kien ikkunsidra li l-qorti tar-rinviju ma kinitx qiegħda tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-portata tal-prinċipju ta’ effettività għar-raġunijiet li skonthom “il-fatt li l-qorti amministrattiva tal-aħħar istanza ma tistax teżamina ex officio jew għandha tiċħad bħala inammissibbli aggravju bbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ imressaq għall-ewwel darba quddiemha, bl-ebda mod ma jfisser li r-regoli ta’ proċedura interni jrendu impossibbli jew eċċessivament diffiċli li wieħed jinvoka l-ksur ta’ tali dritt quddiem il-qrati nazzjonali. Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, dak li huwa importanti, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa li l-partijiet jingħataw opportunità ġenwina li jressqu motiv ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni quddiem qorti nazzjonali […] Fi kliem ieħor, dan il-prinċipju ma jeżiġix li l-qorti nazzjonali tagħmel tajjeb għan-nuqqas jew ommissjoni tal-partijiet sakemm dawn tal-aħħar kellhom possibbiltà ġenwina, skont ir-regoli ta’ proċeduri interni, li jinvokaw motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni. Kif ċertament huwa l-każ hawnhekk, peress li r-rikorrent fil-kawża prinċipali bbenefika wkoll mir-rappreżentanza ta’ avukat mal-preżentata tar-rikors fl-ewwel istanza, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ effettività ma timponix dmir fuq il-qrati nazzjonali li jeżaminaw ex officio motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, indipendentement mill-importanza ta’ dak id-dritt għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni”. Nirrileva li, fis-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2016, Bensada Benallal (C‑161/15, EU:C:2016:175, punt 28), il-Qorti tal-Ġustizzja espressament segwiet dawk il-konklużjonijiet billi indikat li, “fil-kawża prinċipali, tqum il-kwistjoni relatata mal-osservanza mhux tal-prinċipju ta’ effettività, iżda biss tal-prinċipju ta’ ekwivalenza”.
( 50 ) Sentenza tas‑7 ta’ Ġunju 2007, van der Weerd et (C‑222/05 sa C‑225/05, EU:C:2007:318, punti 39 u 40).
( 51 ) Il-bażi legali ta’ din id-direttiva huwa l-ex Artikolu 100 A tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea li jipprovdi għall-adozzjoni ta’ miżuri marbuta mal-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.
( 52 ) Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), “Contentieux des clauses abusives: illustration d’un dialogue des juges”, Ġabra annwali ta’ studji, La Documentation française, 2022.
( 53 ) Sentenzi tal‑11 ta’ Marzu 2020, Lintner (C‑511/17, EU:C:2020:188, punt 23) u tas‑17 ta’ Mejju 2022, SPV Project 1503 et (C‑693/19 u C‑831/19, EU:C:2022:395, punti 51 u 52). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fid-dawl tan-natura u tal-importanza tal-interess pubbliku li fuqu hija bbażata l-protezzjoni li d-Direttiva 93/13 tagħti lill-konsumatur, l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva għandu jitqies li huwa regola ekwivalenti għar-regoli nazzjonali li għandhom, fi ħdan l-ordinament ġuridiku intern, il-grad ta’ regoli ta’ ordni pubbliku li jippermetti lill-qorti nazzjonali tevalwa ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali (sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2013, Asbeek Brusse u de Man Garabito (C‑488/11, EU:C:2013:341, punti 44 sa 46)).
( 54 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑17 ta’ Mejju 2022, SPV Project 1503 et (C‑693/19 u C‑831/19, EU:C:2022:395, punti 53 sa 55 u 58).
( 55 ) Sentenzi tas‑6 ta’ Ottubru 2009, Asturcom Telecomunicaciones (C‑40/08, EU:C:2009:615, punt 41); tas‑17 ta’ Mejju 2022, SPV Project 1503 et (C‑693/19 u C‑831/19, EU:C:2022:395, punt 60) u tat‑30 ta’ Ġunju 2022, Profi Credit Bulgaria (Tpaċija ex officio fil-każ ta’ klawżola inġusta) (C‑170/21, EU:C:2022:518, punt 48).
( 56 ) Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-setgħat irrikonoxxuti favur il-qorti nazzjonali ġew ikkunsidrati bħala neċessarji sabiex tiġi żgurata lill-konsumatur protezzjoni effettiva, fid-dawl b’mod partikolari tar-riskju mhux negliġibbli li dan tal-aħħar ma jkunx konsapevoli mid-drittijiet tiegħu jew jiltaqa’ ma’ diffikultajiet sabiex jeżerċitahom. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, f’tilwimiet li l-valur tagħhom spiss ikun limitat, l-onorarji tal-avukat jistgħu jkunu superjuri għall-interess inkwistjoni, fatt li, flimkien mal-impossibbiltà li tintalab għajnuna legali, tiddisswadi lill-konsumatur milli jiddefendi ruħu mill-applikazzjoni ta’ klawżola inġusta.
( 57 ) Sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 2019, Parquet général du Grand-Duché de Luxembourg u Openbaar Ministerie (Prosekuturi ta’ Lyon u ta’ Tours) (C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU, EU:C:2019:1077, punt 43).
( 58 ) Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU 2010, L 280, p. 1); id-Direttiva 2013/48; id-Direttiva 2016/343 u d-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU 2016, L 297, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 91, p. 40).
( 59 ) Ninnota li l-Qorti KDB tikkunsidra li huwa fl-istadju tal-investigazzjoni li akkużat ta’ spiss isib ruħu f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli u li, fil-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet, din il-vulnerabbiltà tista’ tiġi rrimedjata b’mod adegwat biss permezz tal-assistenza ta’ avukat (Qorti EDB, 27 ta’ Novembru 2008, Salduz vs It‑Turkija (CE:ECHR:2008:1127JUD003639102, punti 52 u 54, u Qorti EDB, 13 ta’ Settembru 2016, Ibrahim et vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2016:0913JUD005054108, punt 253)), filwaqt li huwa mfakkar li l-aċċess għal dan tal-aħħar huwa ggarantit mid-Direttiva 2013/48 u mid-dritt nazzjonali.
( 60 ) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑25 ta’ Novembru 2009 (ĠU 2009, L 337, p. 11, rettifika fil-ĠU 2013, L 241, p. 9) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2002/58”).
( 61 ) Sentenzi tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et (C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, EU:C:2020:791, punti 226 sa 228) u tat‑2 ta’ Marzu 2021, Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għad-data marbuta mal-komunikazzjonijiet elettroniċi) (C‑746/18, EU:C:2021:152, punt 44).
( 62 ) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).
( 63 ) Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 96).
( 64 ) Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017 L 49, p. 50).
( 65 ) Sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid u X (Eżami ex officio tad-detenzjoni) (C‑704/20 u C‑39/21, EU:C:2022:858, punt 94).
( 66 ) Sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid u X (Eżami ex officio tad-detenzjoni) (C‑704/20 u C‑39/21, EU:C:2022:858, punti 83 u 85).
( 67 ) Sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid u X (Eżami ex officio tad-detenzjoni) (C‑704/20 u C‑39/21, EU:C:2022:858, punti 74, 86 u 94).
( 68 ) Il-Qorti EDB tenfasizza li lment ta’ ksur, fl-istadju tal-investigazzjoni ta’ proċedura kriminali, tad-drittijiet stabbiliti espressament jew impliċitament fl-Artikolu 6 tal-KEDB ġeneralment jimmaterjalizza ruħu matul il-fażi tas-sentenza, b’diskussjonijiet dwar l-ammissjoni tal-provi miġbura u għalkemm hija, bħala prinċipju, ma hijiex obbligata li tagħti deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ provi, hija għandha teżamina jekk il-proċedura, inkluż il-mod kif jinġabru l-provi, kinitx xierqa fl-intier tagħha. Għal dan l-għan, il-Qorti EDB tieħu inkunsiderazzjoni diversi fatturi u, b’mod partikolari, il-qafas legali li jirregola l-proċedura ta’ qabel il-fażi tas-sentenza u l-ammissibbiltà tal-provi matul din il-fażi, kif ukoll l-osservanza jew le ta’ dan il-qafas, il-possibbiltà jew le li r-rikorrent jikkontesta l-awtentiċità tal-provi miġbura u li jopponi l-produzzjoni tagħhom, l-użu magħmul mill-provi u, b’mod partikolari, il-punt dwar jekk il-provi jifformawx parti integrali jew importanti tal-atti li jinkriminaw li fuqhom kienet ibbażata l-kundanna, kif ukoll is-saħħa ta’ elementi oħrajn tal-proċess u l-eżistenza fid-dritt u fil-prassi nazzjonali ta’ garanziji oħrajn (Qorti EDB, 13 ta’ Settembru 2016, Ibrahim et vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2016:0913JUD005054108, punti 254 u 274)).
( 69 ) Qorti EDB, 13 ta’ Settembru 2016, Ibrahim et vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2016:0913JUD005054108, punti 250, 251 u 273).
( 70 ) Qorti EDB, 19 ta’ Diċembru 1989, Kamasinski vs L‑Awstrija (CE:ECHR:1989:1219JUD000978382, punt 65); Qorti EDB 24 ta’ Novembru 1993, Imbrioscia vs L‑Iżvizzera (CE:ECHR:1993:1124JUD001397288, punt 41), u Qorti EDB, 26 ta’ Lulju 2011, Huseyn et vs L‑Azerbajġan (CE:ECHR:2011:0726JUD003548505, punt 180).
( 71 ) Qorti EBD, 13 ta’ Mejju 1980, Artico vs L‑Italja, CE:ECHR:1980:0513JUD000669474, punti 33 u 36.
( 72 ) Qorti EDB, 10 ta’ Ottubru 2002, Czekalla vs Il‑Portugall (CE:ECHR:2002:1010JUD003883097, punti 65, 66, 68 u 71). F’sentenza tal‑20 ta’ Jannar 2009, Güveç vs It‑Turkija (CE:ECHR:2009:0120JUD007033701, punt 131), il-Qorti EBD eċċezzjonalment applikat il-ġurisprudenza tagħha fir-rigward tal-effettività tal-assistenza legali f’każ fejn din tal-aħħar kienet żgurata minn avukat privat iżda f’ċirkustanzi partikolarment differenti minn dawk tal-kawża preżenti. Fid-dawl tal-età żgħira tar-rikorrent (15‑il sena), tal-gravità tal-ksur li kien mixli bihom (b’mod partikolari attivitajiet intiżi għas-seċessjoni tat-territorju nazzjonali, dak iż-żmien punibbli bil-piena tal-mewt), tal-allegazzjonijiet apparentement kontradittorji fformulati kontra tiegħu mill-pulizija u minn xhud tal-prosekuzzjoni, tal-fatt li kien manifestament mhux irrappreżentat tajjeb mill-avukat tiegħu (li ma kienx deher f’diversi seduti) u ta’ diversi assenzi tar-rikorrent waqt is-seduti, hija kkonkludiet li l-qorti tal-proċess kellha tirreaġixxi fil-pront sabiex tiggarantixxi lir-rikorrent rappreżentazzjoni legali effettiva.
( 73 ) Qorti EDB, 9 ta’ Novembru 2018, Beuze vs Il‑Belġju (CE:ECHR:2018:1109JUD007140910, punt 148).
( 74 ) F’dan ir-rigward huwa possibbli li jiġi ċċitat att proċedurali irregolari, iżda li jissuġġerixxi l-innoċenza tal-persuna mixlija, jew insuffiċjenti, fi kwalunkwe każ, sabiex tiġi stabbilita din tal-aħħar fid-dawl ta’ provi validi inklużi fil-proċess jew is-sitwazzjoni ta’ persuna mixlija li tkun diġà kkumpensat lill-vittma qabel is-seduta u li tkun tixtieq tammetti r-responsabbiltà kriminali tagħha waqt l-imsemmija seduta.
( 75 ) Din il-konklużjoni tapplika indipendentement mill-istatus, mhux speċifikat fid-deċiżjoni tar-rinviju, tal-konsulenti legali taż-żewġ persuni mixlija, avukati maħtura għall-finijiet tal-għajnuna legali jew imħallsa minn dawn l-akkużati. Il-konvenuti fil-kawża prinċipali għamlu riferiment diversi drabi waqt is-seduta għas-sentenza tal-Qorti EDB tas‑7 ta’ Ottubru 2008, Bogumil vs Il‑Portugall (CE:ECHR:2008:1007JUD003522803, punti 46 sa 50), dwar persuna assistita minn avukat bi prova u sussegwentement minn avukat tal-għajnuna legali li intervjena fil-proċedura biss sabiex jitlob li jiġi mneħħi mill-funzjonijiet tiegħu u b’hekk jiġi ssostitwit mill-avukat ġdid tal-għajnuna legali maħtur fl-istess jum tas-seduta u li seta’ jistudja l-proċess fi ftit iktar minn ħames siegħat, perijodu li ġie kkunsidrat bħala qasir wisq għal kawża serja li setgħet twassal għal kundanna sostanzjali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, mingħajr ebda konnessjoni mal-kawża preżenti, il-Qorti EDB ikkunsidrat li l-qorti nazzjonali messha aġġornat id-diskussjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess.
( 76 ) Ara n-Nota ta’ riċerka 22/006 dwar il-missjoni tal-qorti kriminali f’każ ta’ ksur tad-dritt tal-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni li tiġi informata bid-drittijiet proċedurali tagħha, stabbilita fil-kuntest ta’ din il-kawża, fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, mid-Direttorat tar-Riċerka u Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Jeħtieġ li jsir riferiment biss għal dik il-parti ta’ din in-nota marbuta mal-fażi tas-sentenza mhux ippreċeduta minn istruttorja preparatorja li tikkorrispondi għall-kawża prinċipali. Minbarra l-fatt li dan id-dokument jirrigwarda biss id-drittijiet ta’ 19-il Stat Membru, il-kontenut tagħha jirrifletti d-diffikultà oġġettiva tal-konoxxenza tas-sistemi legali nazzjonali, fid-dawl tal-formulazzjoni tar-regoli proċedurali u tal-organizzazzjoni ġudizzjarja, ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi u ġurisprudenzi nazzjonali marbuta magħhom, kultant kontradittorji, kif ukoll kummentarji fuq id-duttrina.
( 77 ) Jiena nikkondividi b’mod sħiħ, f’dan ir-rigward, l-osservazzjoni tal-Qorti EDB li proċess kriminali jimplika b’mod ġenerali interazzjoni kumplessa bejn aspetti differenti tal-proċedura kriminali (Qorti EDB, 13 ta’ Settembru 2016, Ibrahim et vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2016:0913JUD005054108, punt 274)).
( 78 ) Nagħmel riferiment għat-tħassib tal-Gvern Irlandiż dwar l-inċidenza tal-eżami ex officio fuq sistema kriminali kkaratterizzata minn maġġoranza immensa ta’ kawżi pproċessati fil-kuntest ta’ proċeduri ssimplifikati fuq ir-rikonoxximent ta’ ħtija li taw lok għal organizzazzjoni li tinkludi numru iżgħar ta’ imħallfin meta mqabbel ma’ dak ta’ avukati.
( 79 ) Minbarra l-kweżit neċessarju tal-awtorità tal-prosekuzzjoni, għandu jkun hemm dak tal-vittmi tal-ksur kriminali li fir-rigward tiegħu l-Istati Membri għandhom, konformement mad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU 2012, L 315, p. 57), jiggarantulhom il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-proċedura kriminali u, b’mod partikolari, li jinstemgħu matul il-proċedura kif ukoll li jipprovdu l-provi. B’hekk tista’ tiġi prevista sitwazzjoni ta’ vittma, possibbilment residenti fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih twettaq il-ksur u dak li fih qiegħda ssir il-prosekuzzjoni tiegħu, li ma dehritx fil-qorti u li tkun talbet bil-miktub kumpens mill-awtur preżunt tal-ksur. L-osservanza tal-kontradittorju jkollha twassal għal differiment tal-proċess u għal diskussjoni sussegwenti dwar kif għandha tiġi ttrattata l-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni sabiex tiġi ggarantita l-preżenza tagħha fid-data tad-differiment u dwar it-tqegħid possibbli taħt detenzjoni ta’ din tal-aħħar fl-istennija tal-proċess, meta din tal-aħħar tkun għadha tista’, fid-dawl tal-passat ġudizzjarju tagħha, li tibbenefika minn sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija.
( 80 ) Għandu jiġi kkunsidrat li l-projbizzjoni tal-eżami ex officio tirrendi d-dritt Franċiż inqas protettiv meta mqabbel ma’ ordinament ġuridiku ieħor li jipprovdi għalih iżda ma jinkludix ir-regola, stabbilita fid-dritt imsemmi iktar ’il fuq, li skontha l-persuni suġġetti għal prosekuzzjoni jew l-avukat tagħhom għandu jkollhom l-aħħar kelma waqt il-proċess kriminali?
( 81 ) Weyembergh, A., “L’harmonisation des procédures pénales au sein de l’Union européenne”, Archives de politique criminelle, n 26, éd. Pédone, 2004, p. 60 (https://www.cairn.info/revue-archives-de-politique-criminelle-2004-1-page-37.htm). Nirrileva li, fis-sentenza tas‑26 ta’ Frar 2013, Melloni (C‑399/11, EU:C:2013:107, punti 55 sa 64), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ fiduċja u ta’ rikonoxximent reċiproki, li l-awtomatiċità tal-konsenja ta’ persuna kkundannata in absentia suġġetta għal mandat ta’ arrest Ewropew hija imposta anki jekk l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jiżviluppa fl-ordinament kostituzzjonali tiegħu kunċett iktar eżiġenti tad-dritt għal smigħ xieraq.
( 82 ) Ir-risposta li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tagħti għandha tintegra wkoll l-Artikolu 51(2) tal-Karta li jgħid li l-imsemmija Karta ma testendix il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi tal-Unjoni, u lanqas “ma tistabbilixxi ebda setgħa jew kompitu ġdid għall-Unjoni, u ma timmodifikax il-kompetenzi u l-kompiti definiti fit-Trattati.” Għaldaqstant, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2012/13, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta, ma jistgħux iwasslu għal indħil eċċessiv fid-drittijiet proċedurali nazzjonali.
( 83 ) Nosserva li, min-naħa tagħha u filwaqt li ġiet mistiedna tagħmel dan diversi drabi fil-konklużjonijiet tal-Avukati Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn naf jien, ma kklassifikatx il-motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet bħala wieħed ta’ ordni pubbliku u, konsegwentement, bħala li jista’ jew għandu jiġi rrilevat ex officio mill-qorti tal-Unjoni. Barra minn hekk, fis-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2016, Bensada Benallal (C‑161/15, EU:C:2016:175), hija ma ddeduċietx min-natura fundamentali tal-prinċipju ġenerali tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża fid-dritt tal-Unjoni li dan kellu jiġi assimilat għar-regoli nazzjonali ta’ ordni pubbliku, punt li kien jimplika bħala prinċipju l-eżami ex officio mill-qorti f’każ li jkun hemm ksur ta’ dawn tal-aħħar, li huwa ta’ importanza ekwivalenti fid-dritt nazzjonali.
( 84 ) Ittri Persjani, Ittra 79.
( 85 ) Ara r-rapport tal‑2022 tal-Kummissjoni Ewropea għall-effettività tal-ġustizzja, (https://www.coe.int/fr/web/cepej/cepej-work/evaluation-of-judicial-systems).