26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Marie-Christine Arnautu vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-573/21 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dritt istituzzjonali - Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew - Artikolu 33(1) u (2) - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Evalwazzjoni tal-provi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2022/C 368/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Marie-Christine Arnautu (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u T. Lazian, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2.

Marie-Christine Arnautu hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 17.1.2022.