20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – S vs AA

(Kawża C-566/21 (1), S (Modifika ta’ klawżola inġusta))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Risposta għad-domanda preliminari li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza jew li ma tħalli ebda dubju raġonevoli - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 6(1) - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija (frank Svizzeru) - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Setgħa tal-qorti nazzjonali - Projbizzjoni, bħala prinċipju, li tikkompleta l-kuntratt billi tirrevedi l-kontenut tal-klawżola inġusta)

(2023/C 104/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S

Konvenut: AA

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi lill-qorti nazzjonali, li kkonstatat in-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt ta’ self konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur u li t-tħassir tagħha ma jipprekludix li l-kuntratt jibqa’ fis-seħħ, milli timmodifika l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-klawżola, b’tali mod li l-għażla, prevista biss għall-benefiċċju tal-bejjiegħ jew tal-fornitur, li tipproċedi, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-konverżjoni f’munita nazzjonali tal-munita li fiha kien iddenominat dan il-kuntratt, hija ssostitwita b’obbligu li jsir hekk fuq talba tal-konsumatur.


(1)   ĠU C 2, 3.1.2022.