21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 84/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Arad – ir-Rumanija) – Asociaţia Naţională de Terapii Complementare din România (ANATECOR)

(Kawża C-400/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali - Proċedura nazzjonali ta’ insolvenza - Possibbiltà għall-ġudikant fl-insolvenza li jivverifika l-ġurisdizzjoni sostantiva tiegħu u t-talba - Tilwima purament interna - Assenza ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2022/C 84/26)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Arad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Debitur fl-insolvenza:Asociaţia Naţională de Terapii Complementare din România (ANATECOR)

Fil-preżenza ta’: Primăria Municipiului Arad – Direcția Venituri, Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Timișoara – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Arad,

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunalul Arad (il-Qorti tal-Kontea ta’ Arad, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-31 ta’ Mejju 2021.


(1)  Data ta’ preżentata: 28.6.21.