23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs AB, CD, EF

(Kawża C-374/21) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Azzjoni ġudizzjarja kontra irregolaritajiet - Artikolu 4 - Adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi - Artikolu 3(1) - Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja - Skadenza - Invokabbiltà fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru forzat - Artikolu 3(2) - Terminu ta’ eżekuzzjoni - Applikabbiltà - Bidu tad-dekorrenza - Interruzzjoni u sospensjoni”)

(2023/C 24/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)

Konvenuti: AB, CD, EF

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, għall-finijiet ta’ kontestazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru ta’ somom imħallsa indebitament, adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja msemmija f’din id-dispożizzjoni, id-destinatarju tagħha huwa obbligat jinvoka l-irregolarità ta’ dik id-deċiżjoni f’ċertu terminu quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, taħt piena ta’ dekadenza, u ma jistax jopponi iktar l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni billi jinvoka l-istess irregolarità fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja għall-irkupru forzat, mibdija kontrih.

2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-persuni responsabbli sussidjarji tal-entità debitriċi, destinatarja ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament, li għalihom ġiet estiża l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, għandhom ikunu jistgħu jinvokaw l-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament jew, jekk ikun il-każ, ta’ terminu ta’ eżekuzzjoni itwal skont l-Artikolu 3(3) tal-imsemmi regolament, sabiex jopponu l-irkupru forzat ta’ dawn is-somom.

3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament, it-terminu ta’ eżekuzzjoni li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mill-jum li fih dik id-deċiżjoni ssir definittiva, jiġifieri mill-jum tal-iskadenza tat-termini għall-preżentata ta’ rikors jew tal-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji.


(1)  ĠU C 357, 6.9.2021.