23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Kleve – il-Ġermanja) – AB et vs Ryanair DAC

(Kawża C-307/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira - Artikolu 5(1)(ċ) - Dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira - Kuntratt ta’ trasport konkluż permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar online - Informazzjoni dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira permezz ta’ indirizz elettroniku ġġenerat awtomatikament mill-aġent tal-ivvjaġġar - Assenza ta’ informazzjoni effettiva lill-passiġġier)

(2023/C 24/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Kleve

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AB et

Konvenut: Ryanair DAC

Dispożittiv

L-Artikolu 5(l)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

it-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat iħallas il-kumpens previst minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni tat-titjira li l-passiġġier ma ġiex informat biha għall-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst, meta dan it-trasportatur ikun bagħat l-informazzjoni fil-ħin lill-uniku indirizz elettroniku li kien ġie kkomunikat lilu waqt ir-riżervazzjoni, mingħajr madankollu ma kien jaf li dan l-indirizz kien jippermetti li jsir kuntatt biss mal-aġent, li permezz tiegħu saret ir-riżervazzjoni, iżda mhux li jsir kuntatt dirett mal-passiġġier u li dan l-aġent ma bagħatx l-informazzjoni lill-passiġġier fil-ħin.


(1)  ĠU C 310, 02.08.2021.