|
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/10 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa' Awla) tal-15 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Vidin – il-Bulgarija) – Corporate Commercial Bank, fi stralċ vs Elit Petrol AD
(Kawża C-260/21, Corporate Commercial Bank) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) kif ukoll l-Artikoli 94 u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Proċeduri ta’ insolvenza - Tpaċijiet reċiproċi mwettqa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu taħt proċedura ta’ falliment - Emenda retroattiva tal-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ dawn it-tpaċijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali ddikjarata li tmur kontra l-kostituzzjoni - Sitwazzjoni purament interna - Inammissibbiltà manifesta)
(2023/C 104/11)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Okrazhen sad – Vidin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Corporate Commercial Bank, fi stralċ
Konvenut: Elit Petrol AD
Dispożittiv
|
1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni, minn Stat Membru, ta’ regoli ġenerali dwar it-tpaċija fil-kuntest ta’ falliment ta’ bank, anki jekk ikunu retroattivi. |
|
2) |
L-ewwel sar-raba’ u s-sitt domanda magħmula mill-Okrazhen sad Vidin (il-Qorti Reġjonali ta’ Vidin, il-Bulgarija) huma manifestament inammissibbli. |