26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ghaxar Awla) tal-20 ta’ Mejju 2022 – Germann Avocats LLC vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-233/21 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti ta’ kuntratti - Deċiżjoni li offerta tiġi miċħuda u li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor - Kriterji ta’ għoti - Kontroll tal-kwalità - Żnaturament ta’ fatti u ta’ provi - Użu ħażin ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2022/C 368/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Germann Avocats LLC (rappreżentant: N. Scandamis, dikigoros)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Araujo Arce u J. Estrada de Solà, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2.

Germann Avocats LLC hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 320, 9.8.2021.