28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – VX vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-224/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni tal-profitti fuq il-proprjetajiet immobbli - Artikoli 63 u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Diskriminazzjoni - Piż fiskali ogħla fuq il-profitti magħmula fuq il-proprjetajiet immobbli minn residenti ta’ pajjiżi terzi - Opzjoni ta’ tassazzjoni skont l-istess modalitajiet bħar-residenti)

(2022/C 95/06)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VX

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 63 u l-Artikolu 65(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-taxxa fuq id-dħul minn persuni fiżiċi li, fir-rigward tal-profitti li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli li jinsabu f’dan l-Istat Membru, sistematikament tissuġġetta lill-persuni mhux residenti għal piż fiskali ogħla minn dak applikat għal dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni għall-profitti magħmula minn residenti, minkejja l-fakultà offerta lill-persuni mhux residenti li jagħżlu l-iskema applikabbli għar-residenti.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.