28.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Lyon – Franza) – Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance vs Les Anges d’Eux SARL, Echo 5 SARL, Cletimmo SAS

(Kawża C-191/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 392 - Skema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunsinni ta’ bini u ta’ artijiet għall-bini mixtrija bil-għan li jinbiegħu mill-ġdid - Persuna taxxabbli li ma kellhiex id-dritt għal tnaqqis meta akkwistat il-bini - Bejgħ mill-ġdid suġġett għall-VAT - Kunċett ta’ “art għall-bini”)

(2022/C 138/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Lyon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance

Konvenuti: Les Anges d’Eux SARL, Echo 5 SARL, Cletimmo SAS

Dispożittiv

L-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ artijiet għall-bini meta dawn l-artijiet, akkwistati b’bini fuqhom, ikunu saru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-bini, iżda ma jeskludix l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal tranżazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ artijiet għall-bini meta dawn l-artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom, bħalma hija d-diviżjoni f’lottijiet.


(1)  Data tal-preżentata: 25 ta’ Marzu 2021.