14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Servicio de Salud de Castilla-La Mancha (SESCAM) vs BF

(Kawża C-151/21) (1)

(Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Qasam tas-saħħa pubblika - Kalkolu tal-allowances għall-anzjanità - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni, għall-membri tal-persunal permanenti rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, għall-finijiet tal-kalkolu tal-allowances tal-anzjanità, il-perijodi li jikkorrispondu mal-attivitajiet eżerċitati b’mod temporanju f’kategorija professjonali superjuri)

(2022/C 119/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Servicio de Salud de Castilla-La Mancha (SESCAM)

Konvenut: BF

Dispożittiv

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Żmien Fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ ħaddiem għal żmien indeterminat li jeżerċita, b’mod provviżorju, funzjonijiet f’kategorija professjonali superjuri għal dik li huwa jaqa’ fiha, l-allowances ta’ anzjanità li jingħataw kull tliet snin li huwa għandu dritt għalihom huma dawk li jikkorrispondu ma’ din il-kategorija tal-aħħar, minkejja li, għal ħaddiem għal żmien determinat li qiegħed fl-istess sitwazzjoni, l-allowances ta’ anzjanità li jingħataw kull tliet snin jikkorrispondu ma’ dawk tal-kategorija professjonali li fiha ġew realment eżerċitati l-funzjonijiet tiegħu.


(1)  Data ta’ preżentata: 9.3.2021.