19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Efeteio Athinon – il-Greċja) – VP, CX, RG, TR, et vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-133/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kuntratti suċċessivi għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi differenza fit-trattament fil-qasam tar-remunerazzjoni bejn il-ħaddiema impjegati b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat u dawk impjegati b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat - Assenza ta’ ġustifikazzjoni - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”)

(2022/C 359/17)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Efeteio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VP, CX, RG, TR, et

Konvenut: Elliniko Dimosio

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ħaddiem għal żmien determinat, li l-kuntratt tiegħu jkun kklassifikat bħala kuntratt ta’ xogħol, ma jkollux dritt li jirċievi remunerazzjoni ekwivalenti għal dik imħallsa lil ħaddiem għal żmien indeterminat għar-raġuni li jkun wettaq ix-xogħol tiegħu fl-ambitu ta’ kuntratt għal żmien determinat bl-għarfien tal-fatt li dan il-kuntratt kien intiż sabiex jirrispondi għal ħtiġijiet permanenti u fit-tul tal-persuna li timpjegah.


(1)  ĠU C 206, 31.05.2021.