16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2022 – Maen Haikal vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-113/21 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana - Miżuri indirizzati kontra negozjanti rġiel u nisa ewlenin li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fis-Sirja - Lista tal-persuni li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni ta’ isem l-appellant f’dawn il-listi - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

(2023/C 15/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Appellant: Maen Haikal (rappreżentant: S. Koev, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Karaleev u V Piessevaux, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2.

Maen Haikal għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 148, 26.4.2021