|
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/9 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře – ir-Repubblika Ċeka – RegioJet a.s. vs České dráhy a.s.
(Kawża C-104/21 (1), RegioJet)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti” - Kriterji strutturali u funzjonali - Eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi - Direttiva 2012/34/UE - Artikoli 55 u 56 - Organu ta’ kontroll nazzjonali individwali tas-settur ferrovjarju - Awtorità ta’ kontroll settorjali indipendenti - Awtorizzazzjoni li tittieħed azzjoni ex officio - Setgħa li jiġu imposti sanzjonijiet - Deċiżjonijiet li jistgħu jkunu suġġett ta’ rikors ġudizzjarju - Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)
(2023/C 104/10)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: RegioJet a.s.
Konvenut: České dráhy a.s.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře (l-Uffiċċju għall-Aċċess għall-Insfrastruttura tat-Trasport, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2021, hija manifestament inammissibbli.