20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gericht Erster Instanz Eupen – il-Belgju) – IO vs Wallonische Region

(Kawża C-23/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment bit-triq - Sewwieq li jirrisjedi fi Stat Membru - Vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ direttur ta’ kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru ieħor - Obbligu ta’ reġistrazzjoni fl-ewwel Stat Membru)

(2021/C 513/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Gericht Erster Instanz Eupen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IO

Konvenut: Wallonische Region

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha direttur ta’ kumpannija jew ħaddiem li jaħdem għal rasu, li jirrisjedi f’dan l-Istat Membru, jista’ jipprevalixxi ruħu minn deroga għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor u mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu minn kumpannija, indipendentement minn jekk din għandhiex personalità ġurdika jew le, stabbilita f’dan l-Istat Membru ieħor, biss jekk dokumenti li jattestaw li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga jkunu jinsabu, b’mod permanenti, f’din il-vettura.

2)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jimponi fuq direttur ta’ kumpannija, li jirrisjedi f’dan l-Istat Membru, sabiex jirreġistra vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-kumpannija tiegħu, stabbilita fi Stat Membru ieħor, sa fejn dan id-direttur ma jirċievix salarju jew dħul minn din il-kumpannija, mingħajr il-possibbiltà għalih li juri r-realtà tar-rwol tiegħu fi ħdan l-imsemmija kumpannija, sakemm din il-vettura ma tkun la intiża li tintuża prinċipalment fl-ewwel Stat Membru b’mod permanenti u lanqas ma tkun, effettivament, użata b’dan il-mod.


(1)  ĠU C 128, 12.04.2021.