27.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Retten i Esbjerg – id-Danimarka) – Skatteministeriet Departementet vs Global Gravity ApS
(Kawża C-788/21 (1), Global Gravity)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 7616 99 90 u 8609 00 90 - Tubular Transport Running-system (TubeLock) - Kunċett ta’ “kontejner”)
(2023/C 112/13)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Retten i Esbjerg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skatteministeriet Departementet
Konvenuta: Global Gravity ApS
Dispożittiv
Is-subintestatura 8609 00 2013 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma jirriżultax minn din tal-aħħar mekkaniżmu ta’ trasport ta’ pajpijiet li huwa kkostitwit minn ċertu numru ta’ pari ta’ profili tal-irfigħ tal-aluminju, li bejniethom jinsabu b’mod perpendikulari l-pajpijiet li huma intiżi li jiġu ttrasportati, peress li dawn il-pari ta’ profili tal-irfigħ huma konnessi bejniethom permezz ta’ żewġ arbli tal-irfigħ tal-azzar, mgħammra b’ħoloq, u li fuqhom jistgħu jitqiegħdu l-pajpijiet l-oħra, bl-istess mod sakemm it-tagħbija tkun b’hekk laħqet in-numru ta’ pajpijiet li għandhom jiġu ttrasportati, it-tagħbija titlesta mbagħad billi jintrabtu l-faxxi tal-azzar mal-arbli tal-irfigħ li jinsabu fl-erba’ kantunieri tat-tagħbija (billi jgħaddu minn dawn il-ħoloq), sabiex jiffaċilita l-immaniġġjar tat-tagħbija, li hi kwistjoni li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.