9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 – Laboratoire Pareva vs Biotech3D Ltd & Co. KG, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(Kawża C-702/21 P) (1)

(Appell - Prodotti bijoċidali - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 - Sustanza attiva PHMB (1415; 4.7) - Rifjut ta’ approvazzjoni bħala sustanza attiva eżistenti intiża li tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 - Approvazzjoni bħala sustanza attiva eżistenti intiża li tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tipi 2 u 4 - Effett teratoġeniku - Evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem)

(2023/C 7/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Laboratoire Pareva (rappreżentanti: S. Englebert, M. Grunchard u M. Ombredane, avukati, P. Sellar, advocaat, u K. Van Maldegem, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Biotech3D Ltd & Co. KG, il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. Bain u J.-L. Carré, aġenti), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: C. Buchanan, M. Heikkilä u T. Zbihlej, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Laboratoire Pareva huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 64, 7.2.2022.