23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Cafpi SA, Aviva assurances SA vs Enedis SA

(Kawża C-691/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 85/374/KEE - Artikolu 3 - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Kunċett ta’ “produttur” - Operatur ta’ network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku li jibdel il-livell ta’ vultaġġ tal-elettriku għad-distribuzzjoni tiegħu)

(2023/C 24/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cafpi SA, Aviva assurances SA

Konvenut: Enedis SA

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi, kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-operatur ta’ network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku għandu jitqies bħala “produttur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta jibdel il-livell ta’ vultaġġ tal-elettriku għad-distribuzzjoni tiegħu lill-klijent finali.


(1)  ĠU C 64, 07.02.2022.