20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) IM Gestão de Ativos (IMGA) – Sociedade Gestora de Organismos de Investimento Coletivo SA et vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-656/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/7/KE - Artikolu 5(2)(a) - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Taxxa tal-boll fuq is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ ishma ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli b’kapital varjabbli)

(2023/C 63/10)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IM Gestão de Ativos (IMGA) – Sociedade Gestora de Organismos de Investimento Coletivo SA, IMGA Rendimento Semestral, IMGA Ações Portugal Cat A, IMGA Ações América Cat A, IMGA Mercados Emergentes, IMGA Eurofinanceiras, IMGA Eurocarteira, IMGA Rendimento Mais, IMGA Investimento PPR, IMGA Alocação Moderada Cat A, IMGA Alocação Dinâmica Cat A, IMGA Global Equities Selection Cat A, IMGA Liquidez Cat A, IMGA Money Market Cat A, IMGA Euro Taxa Variável Cat A, IMGA Dívida Pública Europeia, IMGA Retorno Global Cat A, IMGA Poupança PPR, IMGA Alocação Conservadora Cat A, IMGA Iberia Equities ESG Cat A, IMGA Iberia Fixed Income ESG Cat A, IMGA Alternativo, CA Curto Prazo, IMGA Ações Europa, IMGA Flexível Cat A, CA Monetário, CA Rendimento, Eurobic PPR/OICVM Ciclo Vida 35-44, Eurobic PPR/OICVM Ciclo Vida 45-54, Eurobic PPR/OICVM Ciclo Vida + 55, Eurobic Seleção Top, IMGA European Equities Cat A

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ taxxa tal-boll, minn naħa, fuq ir-remunerazzjoni li tirċievi istituzzjoni finanzjarja mingħand kumpannija ta’ ġestjoni ta’ fondi komuni ta’ investiment għall-provvista ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-finijiet ta’ kontribuzzjonijiet ġodda ta’ kapital intiżi għas-sottoskrizzjoni ta’ ishma ta’ fondi li jkunu għadhom kif inħarġu kif ukoll, min-naħa l-oħra, fuq l-ammonti li din il-kumpanija ta’ ġestjoni tirċievi minn fondi komuni ta’ investiment sa fejn dawn l-ammonti jinkludu r-remunerazzjoni li l-imsemmija kumpannija ta’ ġestjoni ħallset lill-istituzzjonijiet finanzjarji għal dawn is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.


(1)  ĠU C 37, 24.1.2022.