30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach – il-Ġermanja) – LSI Germany GmbH vs Freistaat Bayern

(Kawża C-595/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Informazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel lill-konsumaturi - Regolament (UE) Nru 1169/2011 - Artikolu 17 u l-punt 4 tal-Parti A tal-Anness VI - “Isem tal-ikel” - “Isem tal-prodott” - Dettalji obbligatorji dwar l-ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel - Komponent jew ingredjent użat għas-sostituzzjoni totali jew parzjali ta’ dak li l-konsumaturi jistennew li jkun użat b’mod normali jew preżenti fi prodott tal-ikel)

(2023/C 35/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LSI Germany GmbH

Konvenut: Freistaat Bayern

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 17(1), (4) u (5) kif ukoll tal-punt 4 tal-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-espressjoni “isem tal-prodott”, li tinsab f’dan il-punt 4 tal-Parti A tal-Anness VI, ma għandhiex tifsira awtonoma, differenti minn dik tal-espressjoni “isem tal-ikel”, fis-sens tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament, fejn għalhekk l-indikazzjonijiet speċjali fil-qasam tal-ittikkettjar previsti mill-imsemmi punt 4 tal-Parti A tal-Anness VI ma japplikawx għall-“isem li jkun protett bħala proprjetà intelletwali”, l-“isem tad-ditta” jew l-“isem ornamentali” msemmija fl-Artikolu 17(4) tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 502, 13.12.2021