|
31.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – il-Polonja) – Arkadiusz Szcześniak vs Bank M. SA
(Kawża C-520/21 (1), Bank M. (Konsegwenzi tal-annullament tal-kuntratt))
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1) - Kreditu ipotekarju indiċjat fuq munita barranija - Klawżoli ta’ konverżjoni - Determinazzjoni tar-rata tal-kambju bejn din il-munita barranija u l-munita nazzjonali - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Effetti tal-annullament ta’ kuntratt fl-intier tiegħu - Possibbiltà li jintalbu krediti li jmorru lil hinn mir-rimbors tas-somom miftiehma fil-kuntratt u l-ħlas ta’ interessi moratorji - Dannu għall-konsumatur - Indisponibbiltà tal-ammont tal-menswalitajiet imħallsa lill-bank - Dannu għall-bank - Indisponibbiltà tas-somma tal-kapital imħallsa lill-konsumatur - Effett dissważiv tal-projbizzjoni ta’ klawżoli inġusti - Protezzjoni effettiva tal-konsumaturi - Interpretazzjoni ġudizzjarja ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali)
(2023/C 271/05)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Arkadiusz Szcześniak
Konvenut: Bank M. SA
fil-preżenza ta’: Rzecznik Praw Obywatelskich, Rzecznik Finansowy, Prokurator Prokuratury Rejonowej Warszawa – Śródmieście w Warszawie, Przewodniczący Komisji Nadzoru Finansowego
Dispożittiv
Fil-kuntest tal-annullament fl-intier tiegħu ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju minħabba li dan ma jistax jibqa’ jeżisti wara t-tneħħija tal-klawżoli inġusti,
l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
— |
ma jipprekludux interpretazzjoni ġudizzjarja tad-dritt nazzjonali fis-sens li l-konsumatur għandu d-dritt jitlob lill-istituzzjoni ta’ kreditu kumpens li jmur lil hinn mir-rimbors tal-menswalitajiet imħallsa u tal-ispejjeż imħallsa abbażi tal-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt kif ukoll il-ħlas tal-interessi moratorji bir-rata legali mill-intimazzjoni, sakemm l-għanijiet tad-Direttiva 93/13 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità jiġu osservati u |
|
— |
jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja tad-dritt nazzjonali fis-sens li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha d-dritt titlob lill-konsumatur kumpens li jmur lil hinn mir-rimbors tal-kapital imħallas abbażi tal-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt kif ukoll il-ħlas tal-interessi moratorji bir-rata legali mill-intimazzjoni. |