28.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 451/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs American Airlines, Inc.

(Kawża C-436/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 3(1)(a) - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(f) sa (h) - Kunċett ta’ “biljett” - Kunċett ta’ “riservazzjoni” - Kunċett ta’ “titjira konnessa” - Riservazzjoni permezz ta’ aġenzija tal-ivjaġġar - Artikolu 7 - Kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira - Operazzjoni ta’ trasport komposta minn diversi titjiriet operati minn trasportaturi tal-ajru effettivi separati - Titjira konnessa bi tluq minn ajruport li jinsab fi Stat Membru, b’waqfa fl-Isvizzera u b’destinazzjoni finali f’ pajjiż terz)

(2022/C 451/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: flightright GmbH

Konvenut: American Airlines, Inc.

Dispożittiv

L-Artikolu 2(h) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kunċett ta’ “titjira konnessa” ikopri operazzjoni ta’ trasport komposta minn diversi titjiriet, operati minn trasportaturi tal-ajru effettivi separati li ma humiex marbutin minn relazzjoni legali speċifika, meta dawn it-titjiriet ikun ġew magħquda minn aġenzija tal-ivjaġġar li tkun iffatturat prezz totali u ħarġet biljett uniku għal din l-operazzjoni, b’tali mod li passiġġier bi tluq minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u li jkun vittma ta’ dewmien twil fil-wasla fid-destinazzjoni tal-aħħar titjira jista’ jinvoka d-dritt għal kumpens abbażi tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 452, 08.12.2021.