|
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie – il-Polonja) – X sp. z o.o., sp. k. vs Z
(Kawża C-419/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/7/UE - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Punt 1 tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “tranżazzjonijiet kummerċjali” - Kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru sostnuti mill-kreditur fil-każ ta’ ħlas tardiv mid-debitur - Artikolu 6 - Ammont minimu fiss ta’ EUR 40 - Dewmien ta’ diversi ħlasijiet bħala remunerazzjoni għall-kunsinni ta’ merkanzija jew għall-provvista ta’ servizzi mwettqa b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt wieħed u uniku)
(2023/C 35/13)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X sp. z o.o., sp. k.
Konvenut: Z
Dispożittiv
|
1) |
Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li: il-kunċett ta’ “tranżazzjonijiet kummerċjali” inkluż fih ikopri kull waħda mill-kunsinni ta’ merkanzija jew mill-provvista ta’ servizzi suċċessivi, imwettqa b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt wieħed u uniku. |
|
2) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/7, moqri flimkien mal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li: meta kuntratt wieħed u uniku jkun jipprevedi kunsinni ta’ merkanzija jew provvista ta’ servizzi suċċessivi, fejn kull waħda għandha titħallas f’terminu speċifiku, l-ammont minimu fiss ta’ EUR 40 bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru għandu jkun dovut lill-kreditur għal kull ħlas tardiv. |