24.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2023 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Laurent Pech, Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-408/21 P) (1)

(Appell - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) - Protezzjoni tal-pariri legali - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) - Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Rifjut li jingħata aċċess sħiħ għal parir legali tas-servizz legali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea)

(2023/C 261/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Dumitriu-Segnana, K. Pavlaki u E. Rebasti, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Laurent Pech (rappreżentanti: inizjalment minn G. Andraos, avukat, O. Brouwer, advocaat, M. Hall, advokat, u B. A. R. T. Verheijen, advocaat, sussegwentement minn G. Andraos, O. Brouwer, T. C. van Helfteren, advocaten, u M. Hall, advokat), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn O. Simonsson, H. Eklinder, J. Lundberg, C. Meyer-Seitz, A. M. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, R. Shahsavan Eriksson u H. Shev, sussegwentement minn O. Simonsson, H. Eklinder, C. Meyer-Seitz, A. M. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, R. Shahsavan Eriksson u H. Shev, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn A.-L. Desjonquères, A.-C. Drouant u M. E. Leclerc, sussegwentement minn A.-L. Desjonquères u M. E. Leclerc, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (appreżentanti: C. Ehrbar u M. P. Stancanelli, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Laurent Pech.

3)

Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju tal-Isvezja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 51, 31.1.2022.