|
9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – Zenith Media Communications SRL vs Consiliul Concurenţei
(Kawża C-385/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikoli 101 TFUE - Sanzjoni imposta mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni - Determinazzjoni tal-ammont tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ irreġistrat fir-rapport tal-introjtu - Talba intiża sabiex l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tieħu inkunsiderazzjoni dħul mill-bejgħ differenti - Rifjut tal-awtorità tal-kompetizzjoni - Sitwazzjoni ekonomika reali tal-impriża kkonċernata - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
(2023/C 7/09)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zenith Media Communications SRL
Konvenut: Consiliul Concurenţei
Dispożittiv
L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li skontha, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa imposta fuq impriża għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni hija meħtieġa, fiċ-ċirkustanzi kollha, li tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ kif jidher mir-rapport tal-introjtu ta’ din l-impriża, mingħajr ma jkollha l-possibbiltà li teżamina l-elementi mressqa minn din tal-aħħar bl-għan li juru li l-imsemmi dħul mill-bejgħ ma jirriflettix is-sitwazzjoni ekonomika reali tal-imsemmija impriża u li, konsegwentement, huwa meħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni, taħt id-dħul mill-bejgħ, ammont ieħor li jirrifletti din is-sitwazzjoni, sakemm dawn l-elementi jkunu preċiżi u dokumentati.